”SQEWH” L-AWRINA!
Riceviment bejn numru ta’ refugjati spicca f’investigazzjoni interna fi hdan il-Korp tal-Pulizija wara allegazzjoni li wiehed mir-refugjati nghata flixkun mimli awrina biex jixrob meta kien fl-Ghassa tal-Pulizija.
Il-kaz kellu l-bidu tieghu nhar is-Sibt, 13 ta’ Ottubru meta grupp ta’ refugjati organizzaw festin bejniethom f’sala fil-Floriana. F’hin minnhom wiehed mir-refugjati, Farhan Ainab Mohamud mis-Somalja u residenti Birzebbuga, deher li kien fis-sakra u beda jargumenta ma’ xi immigranti ohrajn tant li kellhom jissejhu l-Pulizija.
Fuq il-post marru Surgent u Kuntistabbli li hadu lis-Somalu fl-Ghassa tal-Belt biex jikkalmawh. Qed ikun allegat li kif Farhan Ainab Mohamud kien fl-Ghassa xi hadd offrielu jekk riedx jixrob xi haga u l-immigrant accetta. Il-Pulizija newlulu flixkun tal-plastik li suppost kellu fih ‘Ice Tea’ izda kif beda jixrob induna li kien mimli bl-awrina. Qed ikun allegat ukoll li Mohamud irvella u kellu jinzamm mill-Pulizija. Wara li ghadda xi ftit tal-hin u nbidel ix-shift tal-Pulizija, inharget ordni biex Mohamud jittiehed id-dar.
Immigrant iehor, li talabna biex ma jkunx identifikat, qal lil KRONAKA f’MALTA li kif il-Pulizija kienu qed iwasslu lil Mohamud id-dar, dan ilmenta maghhom li l-kollegi taghhom kienu tawh jixrob l-awrina. Huwa qalilna li dawn il-Pulizija mxew mar-regolamenti u qalulu li kellu d-dritt jaghmel ilment mal-Awtoritajiet. Ghaldqstant Farhan Ainab Mohamud mar il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn ghamel rapport ufficjali.
Sorsi qrib il-Kwartieri Generali tal-Pulizija qalulna li bil-kaz gie informat il-Kummissarju tal-Pulizja John Rizzo u minnufih bdiet investigazzjoni interna.
This entry was posted on Wednesday, October 24th, 2012 at 07:45 and is filed under Abbuz, Arrestat, Diskriminazzjoni, Ghassa tal-Pulizija, Immigranti, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Protesta, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Bejn il paroli w l-fatti, hemm bahar jikkumbatti. Bniedem jallega li jrid! Nhallu f’idejn min qed jinvestiga w ma noskurawx nies w nitfaw htija qabel ma jirrizulta xi haga.