Haddiem wehlitlu idu f’katusa
Haddiem f’dar tal-anzjani privata f’San Lawrence f’Ghawdex, ghadda minn mumenti ta’ tensjoni u xi ftit tbatija meta dahhal idu f’katusa u ma setax johrogha.
Dan il-kaz stamb sehh il-Gimgha ghall-habta tal-11.10 a.m. meta Philip Bonnici ta’ 59 sena mar inaddaf id-drain ta’ sink fid-dar tal-anzjani peress li kien instad. Ghaldaqstant Bonnici nizel fl-art taht is-sink, dahhal idu l-leminja fil-galley u fil-katusa biex ihoss x’seta’ kien li sadd il-katusa. Izda meta gie biex johrog idu sab li din kienet imwahhla u ma setghetx tohrog. Kien inutli l-isforzi tieghu u Bonnici kellu jibqa’ hemm sakemm issejhet l-ghajnuna.
Ftit tal-hin wara waslu l-membri tal-Protezzjoni Civili ta’ Ghawdex immexxijin mill-Ufficjal Peter Mercieca. Kif dahlu fid-dar fejn kien hemm Philip Bonnici sabuh wiccu fl-art u jdejh il-leminija sal-minkeb fid-drain ta’ taht is-sink bil-pala ta’ idu mwahhla.
Minn hawn bdiet operazzjoni biex Bonnici jinheles fejn permezz ta’ jigger u ghodda ohra, il-membri tal-Protezzjoni Civili kissru l-maduma li hemm madwar il-galley kif ukoll il-katusa. Biex il-vittma ma jsofri ebda griehi ohrajn, il-membri tas-salvatagg bdew jahdmu bilmod u b’delekatezza tant li l-operazzjoni hadet madwar 30 minuta. Wara li Bonnici nheles minn fejn kien, huwa rrifjuta li jmur l-Isptar Generali ta’ Ghawdex biex ikun ezaminat.
Bil-kaz gew informati l-Pulizija tad-Distrett.
This entry was posted on Saturday, September 1st, 2012 at 13:44 and is filed under Gozo, Haddiem, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Salvatagg. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.