Rumeni regghu nqabdu b’oggetti misruqin
Zewg Rumeni, minn erba’, li fl-ahhar ta’ Lulju li ghadda ammettew li kellhom fil-pussess taghhom diversi oggetti misruqin fosthom numru sostanzjali ta’ mowbajls, il-Hadd filghodu regghu nqabdu b’oggetti ohrajn ukoll misruqin.
Ghall-habta tal-10.00 a.m. sid ta’ appartament f’Paceville marret taghmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan li dawk ir-Rumeni li kienu digà involuti mal-Pulizija ma kienux qed ihallsu l-kera u lanqas riedu johorgu mill-appartament.
Ghaldaqstant il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgenti Ramon Mifsud Grech u Terry James Mallia flimkien mal-Kuntistabbli Anthony Zammit, marru fl-appartament fi Triq Ball biex ikellmu lir-Rumeni. Kif il-Pulizija habtu l-bieb, fethet Georgiana Elena Chiuc ta’ 20 sena li kif rat lill-Pulizija ma’ wiççha sabtet il-bieb biex il-Pulizija ma jidhlux izda dawn tefghu l-bieb gewwa u qabdu fil-fatt lit-tfajla u lil Geani Roberto Marin ta’ 31 sena jarmu xi oggetti ’l barra mit-tieqa ghal fuq il-bjut tan-nies. Dak il-hin fl-appartament kien hemm biss dawn iz-zewg Rumeni.
Il-Pulizija elevaw madwar hames mowbajls li remghu ir-Rumeni u minn tfittxija li komplew jaghmlu fl-appartament sabu hwejjeg ohrajn, fosthom ilbies li allegatament huma misruqin ukoll u zewgt imwies.
Georgiana Elena Chiuc u Geani Roberto Marin gew arrestati u ttiehdu l-Ghassa fejn kienu interrogati mill-Ispettur Trevor Micallef tad-Distrett.
Dawn iz-zewg Rumeni kienu nstabu hatjin flimkien ma’ tnejn ohrajn, Tudor Cornel Marin ta’ 30 sena u Cornelia Marin ta’ 27 sena, b’akkuzi ta’ serq ta’ mowbajls u laptop. Dawn l-oggetti kienu nsterqu minn Paçeville u postijiet ohrajn fl-inhawi.
This entry was posted on Monday, August 20th, 2012 at 07:22 and is filed under Arrestat, Habs ta' Kordin, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Sejba, Serq. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Take them back to Romania. This behaviour will never be tolerated on the sacred Island of MALTA. Well done to St.Julian’s Police Station. They do such a great job.
qabdhom l ajruplan lura ASAP…..
Grazzi ghall Unjoni Ewropeja li ogobha ddahhallhom membri, dawn in-nies ma jistghux jitkeccew ghax huma cittadini ewropej daqsi u daqsek.
Grazzi ghall-Unjoni Ewropeja b’dawn in-nies mas-saqajn, il-kriminalita fil-pajjizi ewropej kollha zdiedet bid-doppju.
Jogbok jew ma jogbokx dik hi s-sitwazzjoni habib….. L-aqwa li ghadna IVA.