Serqu dghajsa u qadfu b’tabella tat-traffiku
Zewg studenti Francizi ta’ madwar 20 sena temmew avventura f’idejn il-Pulizija wara li serqu dghajsa u qadfu mill-Bajja ta’ Spinola sa Portomaso b’tabella tat-traffiku.
Dan il-kaz sehh il-Hadd ghall-habta tal-4.20 a.m. meta membri tas-sigurtà f’Portomaso talbu l-assistenza tal-Pulizija wara li nnuttaw dghajsa li kienet ghadha kif dahlet mal-moll u minn fuqha nizlu zewg persuni izda ma kienux rabtu d-dghajsa u hallewha tingarr mal-kurrent.
Ghaldaqstant il-membri tas-sigurtà waqqfu lill-Francizi sakemm waslu fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett. Peress li d-dghajsa ta’ 14-il pied ingarret mill-kurrent intalbet l-assistenza tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta li ghamlu tfittxija fl-inhawi tal-Balluta ghad-dghajsa, liema tfittxija rrizultat fin-negattiv.
Aktar tard il-Pulizija tad-Distrett, immexxijin mis-Surgent Ramon Mifsud Grech, sabu d-dghajsa fl-inhawi maghrufin bhala tal-Exiles. Fid-dghajsa l-Pulizija sabu tabella tan-“No Parking” li l-istudent uzaw bhala moqdif.
Sid l-opra tal-bahar gie informat u minn spezzjoni li ghamel irrizulta li d-dghajsa garbet xi hsarat.
Il-Pulizija tad-Distrett mistennija tiehu passi kontra l-istudenti.
This entry was posted on Monday, August 20th, 2012 at 07:15 and is filed under Arrestat, FAM, Patrol Boat, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Serq, Studenti, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.