Paul Sciberras li jmexxi l-bar tal-klabb tal-bocci li hemm hdejn il-Qanpiena tal-Assedju fi Triq il-Mediterran fil-Belt, kien fost l-ewwel nies li hargu jaghtu l-ewwel ghajnuna lil ziemel li spicca jghotor minhabba nixfa li kellu. Fil-fatt Sciberras tah mill-inqas sitt bramel ilma biex jixrob.
Il-Hadd ghall-habta tal-3.55 p.m., Joseph Bugeja ta’ 42 sena mir-Rabat, kuccier ta’ karozzin, ghabba zewg turisti mix-Xatt tal-Belt, koppja Ingliza, biex johodhom dawra mal-Belt Valletta. Kif qabez dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, iz-ziemel beda juri sinjali li ma kienx jiflah jimxi. “Kif wasalna quddiem il-Qanpiena, iz-ziemel beda jixxengel u ftit wara nizel fuq irkuptejh. Inzilt u zarmajtlu kollox minn fuqu u z-ziemel nizel mal-art” qal Bugeja lil KRONAKA f’MALTA.
Persuni li kienu fil-klabb tal-bocci marru jassituh u Sciberras beda jimla barmil bl-ilma u z-ziemel xorbu kollu. Peress li kien evidenti li z-ziemel kien ilu bil-ghatx, inghata mill-inqas hames bramel ohrajn mimljin bl-ilma. Wara li nghata x’jixrob iz-ziemel, li ghandu 12-il sena, qam fuq saqajh u gie f’tieghu.
Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Glen Carabott kif ukoll il-Pulizija tal-Kavallerija li ghabbew iz-ziemel fuq karru u haduh fir-remissa li ghandu Bugeja fil-Marsa.
This entry was posted on Monday, August 20th, 2012 at 07:23 and is filed under Abbuz, Animal Welfare, Kavallerija, Mohqrija, Mohqrija ta' annimali, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
U nistaqsi jien John ,din lis storja spiccat hekk ?
Possibli dan il-kuccier ma jzommx ftit ilma biex jiffriska z-ziemel? Nahseb li jekk dan ir-ragel jaqbdu l-ghatx malajr isib x’imkien fej jixrob!!!
Biex dan iz-ziemel kien ilu daqshekk bil-ghatx, sidu ma ndenjax ruhu jaghtih jixrob? mhux talli jridu joqghodu ghax-xemx jistennew fuq saqajhom mghobbijin f’dik is-shana kollha, nitilquh bil-ghatx ukoll? u dan irid jaqla l-flus bis-sahha tieghu, mur gibu kien biss xi annimal li qed izomm ghal gost!! ma nistax nifhem!!