Tad-Distrett mhux stmati daqs shabhom
Ic-cirkolari numru 50/2012 mahruga mill-Korp tal-Pulizija u li ggib il-firma tal-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, urtat lill-Pulizija stazzjonati fid-Distretti u f’postijiet ohrajn li qed ihossuhom iddiskriminati u stmati bhala Pulizija tat-tieni klassi wara li thabbru l-allowances li se jinghataw.
Ghalkemm ic-cirkolari, li nharget bil-lingwa Ingliza biss, fiha tmin pagni, l-ewwel erba’ pagni ma jghidu xejn li kull membru tal-Korp jaf digà. F’pagna hamsa f’artiklu 5.2.1. jissemma l-ewwel allowances fejn hemm miktub li l-ufficjali se jinghataw allowance ta’ €129.01 kull erba’ gimghat filwaqt li l-Pulizija l-ohrajn se jinghataw €96.76. Dawn jinkludi dawk li huwa stazzjonati mal-SAG, fl-Akkademja tal-Pulizija, fl-IT Branch, ALE, Mobile, Traffic mhux inkluzi dawk li ma johorgux xoghol fuq barra, tal-Kavallerija u t-Taqsima tal-Klieb. Dawn se jiehdu din l-allowance bhala “special duty allowance”. Maghhom hemm ukoll dawk minghajr uniformi li huma stazzjonati fl-Ispecial Branch, DIK, fl-Iskwadri ta’ Kontra l-Vizzji, Economic Crime u Drogi, Laboratorju Forensiku u ‘Criminal Intelligence Analysis Unit’.
Dawn l-istess membri tal-Korp se jgawdu wkoll minn allowance iehor li jibda’ minn €2,300 ghall-Kummissarju tal-Pulizija u jinzel ghal €300 minn Surgent Maggur tal-Ewwel Klassi sa Kuntistabbli. Dawn it-€300 jigu €23.08 kull erba’ gimghat. B’hekk il-membri tal-Korp li se jgawdu minn “special duty allowance” qed jiehdu €119.84 kull erba’ gimghat.
Dan ifisser li filwaqt li l-membri tal-Korp bi “special duty” se jkunu qed jiehdu €119.84, il-Pulizija stazzjonati fid-Distretti, ufficni, dawk li jgorru l-mejtin u ohrajn qed jiehdu t-€23.08. Skont l-istess cirkolari tissemma wkoll li l-Pulizija se jinghataw ukoll ‘shift allowance’ li izda ma jissemmix kemm huwa.
Dawn l-allowances holqu rabja kbira l-aktar fost il-Pulizija stazzjonati fid-Distretti, jew kif inhuma maghrufin bhala fl-Ghases tal-Pulizija. Huma qed jghidu li kull darba li jinqala’ xi haga l-ewwel ma jissejhu huma l-Pulizija tad-Distrett u ghalkemm jifhmu li kwazi dejjem ikunu assistiti mill-Pulizija tal-Mobile, il-periklu jiffaccjawh huma wkoll.
“Ezempju car sehh nhar l-Erbgha f’Hal Lija”, qalilna membru tal-Korp. “Araw ir-rapport li ppubblikajtu intom stess ilbierah. Kienu Surgent u Kuntistabbli tad-Distrett li dahlu fuq halliel li kien qed jisraq minn showroom. Dawn l-anqas arma ma kellhom fuqhom u ssugraw xorta wahda”, sahaq l-istess sors.
Pulizija ohrajn bi snin ta’ esperjenza fosthom dawk b’aktar minn 20 sena servizz ukoll ilmentaw maghna. Il-Gvern se jaghti wkoll somma flus ta’ darba li tvajra minn €1,900 ghall-Kummissarju u €1,000 ghas-Surgenti u Kuntistabbli. Skont ic-cirkolari ffirmata mill-istess Kummissarju Rizzo, din is-somma se tinghata “b’rikonoxximent ghas-servizz tajjeb hafna li nghata mill-Pulizija….”. Din is-somma u l-allowances se jinghataw b’lura mis-7 ta’ Awwissu 2012.
“Mela qeghdin sew. Vera li kull membru tal-Korp haqqu l-istess, imma l-Kummissarju jista’ jghidilna x’servizz taw dawk ir-rekluti li saru Pulizija fit-8 ta’ Awwissu li se jiehdu l-istess somma daqs dawk li ilhom 10, 15 jew 30 sena fil-Korp?”, staqsa ufficjal tal-Pulizija li tkellem ma’ dan il-gurnal.
Qed jinghad ukoll Pulizija li bdew fil-Korp fit-8 ta’ Awwissu li ghadda u li gew stazzjonati f’xi taqsima meqjusa bhala “special duty”, se jibda jdahhal paga kwazi daqs Surgent Maggur.
Sadanittant fil-grupp bl-isem “Il-Korp” fuq Facebook, li huwa grupp maghluq ghall-membri tal-Korp tal-Pulizija biss, ftit wara li din ic-cirkolari giet fl-idejn kienu diversi li kkummentaw f’dan il-grupp fejn digà qed tidher li d-diskriminazzjoni li nholqot qed tissarraf fi glied bil-kliem bejn il-membri tal-Korp. Fost il-kummenti kien hemm wiehed li qal –“L-allowance ghandu jiehdu kulhadd. Ahna Korp wiehed?”.
Surgent Maggur qal – “mela xi nghidu ahna l-DSM’s li hadna €23 u l-anqas disturbance allowance li kif jaf kulhadd il-mobile ma jieqaf qatt”
Kuntistaabbli qal – “jien kumment wiehed biss ha nghid. Fejn qieghed jien igibulna nies minn ta’ kull tip tal-Mobile, ALE, Traffic, ecc., kif ukoll balla kriminali. Allura dawn in-nies meta jigu l-lock-up ma jkunux izjed perikoluzi? Ghax din skont in-natura tax-xoghol qed niehdu allowance”.
Spettur ikkument hekk – “la tilbes l-uniformi in-natura tax-xoghol hija wahda. Li nista nghid jiena huwa li tlett darbiet ‘injured on duty’ kont u mill-ebda branch imma mid-distrett. Dik hija risposta cara bizzejjed biex wiehed jinduna li kull fejn tkun la inti Pulizija ghandek il-periklu. Kollegi kunu irgiel u nisa u zommu kalmi fil-kummenti taghkom. L-aktar haga bla sens li tistaw taghmlu hu li jkun hemm il-firda bejnietna. Hawnhekk kwazi kulhadd xi darba jew ohra hadem gewwa distrett inkluz jien li qattajt kwazi is-servizz kollu sa issa fid-distretti. Allura kulhadd ghandu jifhem lil dawk kollha li qeghdin id-distretti. Irridu nitkellmu bejnietna u naslu ghall-ahjar soluzzjonijiet biex neghlbu din il-problema, imma flimkien mhux kontra xulxin. Fl-ahhar mill-ahhar Korp wiehed u familja wahda”.
Fl-ahharnett il-mistoqsija li kwazi kulhadd qed jistqasi hija – “L-Assocjazzjoni tal-Pulizija giet ikkonsulatata jew sar kollox minn wara dahar kulhadd bejn il-Prim Ministru u l-Kummissarju?”
This entry was posted on Saturday, August 18th, 2012 at 06:54 and is filed under Akkademja tal-Pulizija, ALE, Diskriminazzjoni, Ghassa tal-Pulizija, Kavallerija, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, MPA, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Rabja, SAG, Skwadra Kontra d-Drogi, SOCO, Surgenti Magguri. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ghal darb’ ohra decizjoni mehuda bil-ghagla u minghajr konsultatazzjoni. Ghandhom ragun tad-distrett jhossuhom uzati, mwarba u anke degradati. Ejja nkunu fair – il-korp ghandu tlett pilastri cioe id-distrett, il-mobile/SAG/traffic u control room. Dawn kollha flimkien huma mhux biss il-wicc tal-pulizija mal pubbliku imma s-sinsla tal-korp fejn jidhol investigazzjoni u prevenzzjoni ta reati. Huma li jiltaqghu ma kull tip ta incident – mhux biss kriminali – imma anke dawk socjali. Jekk hemm xi hadd li haqqu rispett huma dawn is-sinjuri. Imma hafna drabi dawn mhux biss jispiccaw, bhala ma gara f’dan il-kaz, imwarba meta jigu ghal allowances etc, imma anke meta jkun hemm bzonn bidla fil-vetturi u apparat iehor u tahrig. Nahseb haqqhom ahjar. Ghalhekk nitlob lill awtoritajiet biex jerghu jikkunsidraw din id-decizjoni mill-aktar fis. Hemm bzonn aktar hsieb wara dawn l-affarijiet inkella jwegghu (emozzjonalment u finanzjarjament) shabna. Il-korp huwa wiehed, il-qalb hija wahda mela ejja niehdu hsieb xulxin l-ahwa.
Issa jmorru ta HQ jahdmu l-festi, fuq glied domestiku, fuq xena ta delitt inkluz mewt.. fuq tragediji humani u elf haga ohra…. ejja araw b’ghajnejkom u taraw minn xiex jghaddu tad distrett….
Mistoqsoja – mhux supposet ser issir Task Force biex ihares riforma tal-Korp? Mhux hekk habbar il PM? Ma kienx ghalhekk ikun aktar ghaqli kieku stennejna ftit u naraw x’ jghid dan it-task Force? Jew din holma? XI hadd jista jghidli please?
Il firda li tant qeghdin tghajtu biha fil.Korp hi kollha invenzjoni Gurnalistika Biex jigu mibjuha l Gazzetti, Ghax sabu fil Korp tal Pulizija l Gharma idejali biex jbiehu u jmaqdru. Meka Ghax kien argument bejn 20 Persuna jfisser li mkissrin? Mela jekk kien hemm xi kwistjoni fuq il flus, min habba l membri tad Distrett jew inkella tal mobile? Ejja ma nibqawx indahhqu, ahjar naraw min qieghed jwassal din l informazzjoni mkabbra u mistagba lil Gurnalisti flok nhammgu ha nidru sbieh ma xi partit politiku.
Sur Ingiddeb
Se jkolli noggezzjona ghall-kumment tieghek li din hija ” kollha invenzjoni Gurnalistika biex jigu mibjuha l Gazzetti”. Jekk thoss li din hija invenzjoni allura kun ragel u ghmel pubbliku dak kollu li qed jinghad fil-grupp Il-Korp fuq Facebook u nhallu lill-qarrejja jiggudikaw. Anke sakemm qed nikteb dan, hemm min qed juri li mhu veru xejn li hija invenzjoni imma fatti. Sur Ingiddeb, ma nafx ghalfejn dahhalt il-politika. L-artiklu tieghi huwa inidrizzat ghall-membri kollha tal-Korp u jien imkien ma semmejt il-poltika.
Ghaldaqstant filwaqt li qed napprovalek il-kummneti tieghek, nerga’ nghidlek li qed noggezzjona u nerga’ nisfidak li tippubblika l-kummenti. Ohra – “ahjar naraw min qieghed jwassal din l informazzjoni mkabbra u mistagba lil Gurnalisti”, ghalija hija theddida serja biex issib min u mhux biex tiggustifika.
Tislijiet
Ma nistghax nifhem kif grupp maghluq u sigriet huwa accessibli ghalik john, skantajtni ta vera… Nahseb il posts stajt zammejthom ghalik ghax qed nhoss li se ssir hsara interna akbar b dan l artiklu u ser jaghlu xi nies… Kull ma qed nitlob huwa li tghidilna kif giet ghandek din l info, jekk ghaddijielek xi hadd ghid hekk imma jekk dhalt int personali u rajtha ghajdilna wkoll.. Grazzi sieheb
John min kien kapaci jghamillek Copy & Paste tal-kummenti li intqalu, jkun kapaci issa jtik il-kummenti l-ohra, ghalkemm mid dehra dan il-Grupp li inti qieghed tiehu l -informazzjoni minnhu mhux ser jibqa attiv, ghalkemm nemmen li diga ghamlulek copy and paste.
Li xi hadd ihossu urtatu jirrabja, ghandu jigi maghdur…..imma….li xi hadd jattakka sezzjonijiet ohra fuq ix-xoghol taghhom, ghax haqqhom u ma haqqhomx, jiddispjacini li waqajna f’bassezzi hekk. Naqbel li l-allowance ghandu jiehdu KULHADD! Pero nahseb ghaggilna wisq fuq din ic-cirkulari. Membru tal-MPA li kien prezenti fid-diskussjonijiet qal illi l-Ispecial Branches li diga kienu jibbenefikaw minn 96.76 Ewro kull 4 gimghat, ha jibqghu jehduha. Giet mifhuma li ha jiehdu ukoll 104 Ewro ohra kull xahar bhala ncentiv biex jigu mhegga pulizija jmorru fl-iskwadri ( li meta din il-104 kull xahar, taqsamha fuq 4 gimghat, kif qed niehdu l-paga, terga’ tigi l-famuza somma ta 96.76). Jigifieri…..specialized branches ser jibqghu jiehdu 96.76 + it-300 li tinqasam matul is-sena. U ghal min qieghed bis-shift, hemm is-shift allowance (somma zghira mmens ohra!). Jigifieri dan il-membru qal li specialised branch u distrett SER JIEHDU L-ISTESS!!! Jekk zbalja hu qed nizbalja jien, pero kien jidher cert milli qed jghid. E u bilhaqq l-elf ewro maqsuma f’darbtejn. Mela l-ahwa ieqfu mill-kummenti vojta li qed isiru. Jien naf min hu god-distrett u jahdem hafna, go branch u jahdem hafna u ghall-kuntrarju go distretti u go branches hemm min hu cicci beqqi. Dawn kullimkien issibhom!!! U jekk xi hadd qed ihossu diskriminat, jekk joghgbu jmur kastilja u jghajjar lill Prim u l’ta’ madwaru, mhux lil shabu!!!!
Il fatt hu li minn dejjem kien hemm differenzi bejn tad- distrett u tal-iskwadri grazzi ghal zmien twil ta kultura Polizjeska u influenzi barranin li huma simili madwar id- dinja. Il problema hi li fejn qabel kienet ghajn maghluqa u sigriet maghruf, issa saret konferma.
Sur The One
Qed tilob xi haga minghand gurnalist li lanqas hadd ma tghaddilu minn mohhu u cioe li nikxef is-sors minn fejn giet l-informazzjoni. Jien la qatt ma kxift is-sors u lanqas nasal biex nikxef is-sorsi tieghi. Jekk naghmel hekk inkun qed immur kontra kull etika gurnalistika. Jien irrapportajt il-fatti…. xejn aktar u xejn inqas. Dan huwa x-xoghol ta’ kull gurnalist. Ha nfakrek biss fil-kaz tal-Wikileaks. Mhux qed nghid li hekk ghamilt jew li din kienet xi haga simili, imma informazzjoni l waslet ghand il-gurnalisti.
Kull kumment iehor nahseb li jkun superflu.
Tislijiet
Ghaziz John.
Minn dejjem irrispettajtek imma din id-darba le.
U rigward (Wikileaks) Assange li ghadek li semmejt…. dak huwa persuna li hija wanted minn kullhadd, ghax kixef affarijiet personali li qatt ma kellu dritt jghidhom (Data Protection Act).
Tislijiet
Two….. fejn huwa l-punt li trid tasal ghalih??? Jien ma kxift l-ebda sigriet. Dak kien ezempju kif informazzjoni tista’ tasal ghand kull gurnalist.
Ahna C.D.O (Central delivery Office) naghamlu parti it- Traffic Branch u l ‘Special Allowances’ li hemm imsemmija fic cirkulari ghal xoghol perikoluz mhux ser nieduhom ghax skont il Kummissarju ahna maghandiex law Enforcement officer.
Xoghlna ghal minn ma jafx, inqassmu ir- referti dar, dar bieb bieb jew mil post insuq il- mutur bejn tmienja jew ghaxra sieghat kuljum jekk mhux aktar xemx u Xita. Nistaqsi anhna mahniex ghal periklu hawnhekk. Ghal dawn l-ahhar tmien xhur bdejna nassitu tat Traffic (din sesjoni kwazi giet fix xejn) kul filghodu ma xi Round about kif kulhadd jarana (nibilghu exhuast tal- Karozzi) Dan mhux hu periklu ghal sahhitna. Non Enforcement Officer huma dawk l fizzjali li bil vettura tal- Korp idduru mat toroq u la jaraw xejn hazin, la harku li hadd, hlief il ippogu go xi ufficcju gha Air conditioner u jithallsu aktar min kullhadd. Dawn ghalija huma ‘Waiste of Public Funds. Rigward l special allowances li tal- Akkademja hemm min haqqu dawk li jaghmlu fuq l- Armi imma biex tieghu allowances talli tghajjat left, right, left u taghmel Rol call hija tad dahk.
Please jien wiehed minn dawk li ha niehu allowence nahseb li kieku il-Flus jinqasmu fuq kulhadd issir riforma ghanki ma dawk li ilhom jiehdu l-flus jaraw kemm hemm flus u jinqasmu RAS ghal- RAS ma kulhadd l-istess b’hekk inkunu Uniformi wahda kif dejjem nilbsu.
Tattakkawx lil xulxin jahasra. Sur Guzeppi B. Li kieku stazzjonat l-akkademja, kont tirrifjutahom l-allowance????? Mur fehma l-mara kieku eh!! (senza offesa ghal min hu separat, tal-mara ezempju umoristiku). Qed issir battalja bejn is-sezzjonijiet!!! U min hu responsabbli ma ntqal xejn fuqu!!!
Ghalfejn qed tiddejqu li John Pisani qed ixandar dan kollu? l-unika gurnalista li jaghti lehen il korp u li jghid il verita??
Il-pulizija tal-ghasses min dejjem kienu tal-ahhar ghal din l-amministrazzjoni prezenti. Sar zball ENORMI b`dawn l-allowances ingusti ghax din reali, l-aktar nies li qedin fil-periklu huma tad-distrett u hadd aktar. triq
trid tkun fiha biex tkun taf biex tara ix-xoghol li jsir b`limitazzjoni esagerata, exempju ghassa jkun fiha orderly, xufier u surgent il bicca l-kbira u xoghol xorta jrid isir ikun xi jkun il-kaz!! ghallura dan mhux periklu??? jekk tibda anqas tispicca u dan ic cirkolari kien certifikat car li ix-xoghol li jsir mil pulizija tad-distrett mhuiex APREZZAT!!
Ghaziz John.
Il-punt li ridt nigi ghalih jien…..Dak kien group ta bejn il-pulizija ( Kien PRIVATE u mhux PUBLIC) u int GHAMILTU PUBLIC,
Nahseb mhux sew li jigi xi hadd li ma jkun fehem x’hemm miktub fic-cirkulari…jitfa l-ewwel gebla, ihalli lill-haddiehor jghid fehmtu, imbaghad itik il-hazin biss.
John….lill min ghamillek cut and HALF paste, ghidlu li anke l-imsaren igergru, ahseb u ara l-bniedem.
Grazzi
Dear John,
Il-verita hi l-verita. Dim mhux kwistjoni ta politika imma l-fatt hu li tad-distrett huma meqjusa “second division” meta x-xogholli jaghmlu jixraq hafna aktar rispett. Dan u l-punt. Jien nistaqsi, jekk ghada nigi transferred minn Ghassa ghas CID jien mill-ewwel nigi meqjuz specjalizat. Fuq liema kriterji? Hemm xi taghlim specjali? Hemm xi kwalifika specjali? Qabel ma jkun hemm din. id-distakk IVA. allura hemm diskriminazzjoi. Bonus ta specjalizzajoni jinghata biss fuq bazi ta taghlim, skills u kompetenza xejn aktar. Xufier CID, SB (skuzani sinjuri) huma specjalizzati aktar minn xufier distrett? ghiduli fuq liema kriterja? Din mhux politika ghax jekk nigu f’dan nixtieq nara l-pjanijiet tat-tlett partiti. Bahh biss mid-dehra.
nahseb iktar min gewwa li gara dan kollu
Ghaziz John
l ewwel haga nixtieq niskuza ruhi dwar certi kollegi tieghi li minn flok jiehdu pjacir li inti tirraporta lil pubbliku dwar kif nigu ttratati ahna il-pulizija mill awtoritajiet u dwar il-hidma taghna, dawn jikkritikawk ghax taghmel dan. Dawn Il-kollegi huma mghommija bil-politika partigjana. Jiena pulizija iddispjacut ghaliex kont wiehed minn dawk li ivvutajt ghal dan il-gvern. Iddispjacut mhux ghax ivvutajtlu izda dwar kif dan il-gvern ittrata maghna il-pulizija.
Wara is-saga ta madwar erba snin tal-flus tal-overtime il-Prim ministru hareg jghid li ma hemmx hlasijiet pendenti u issa hareg b’din il-froga ta zidiet. Il-Prim ministru jahseb li ma nafux naghmlu is-somom. it-23 euros fix-xahar li innatajna huma taxxabli u meta taghmel is-somom jirrizultaw f-madwar 1 cent ta euro fis-siegha zieda. Rigward il-bonus ta darba li inghata bhala rikkonoxximent ta hidma tal-Pulizija jista xi hadd jispjegali kif kuntistabli ta sena servizz u kuntistabli ta 25 sena servizz ser jiehdu l-istess “rikkoximent ta hidma”. Jien niftakar li meta hadna iz-zidiet fl-1994 mhux kulhadd kien ha l-istess izda skont is-servizz.
Il-Prim ministru maghna laghab loghba li minghalih ser jirbah. Huwa qal li dawn iz-zidiet ser jinghataw waqt li irrid izomm f’mohhu is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiz. Meta inghataw iz-zidiet u is-somom lil tat-tarzna, tal-linja, tal-Airmalta, nurses,tobba, teachers,gudikatura etc din is-sitwazzjoni giet ikkonsidrata? Jahseb li ma indunajniex li iz-zidiet inghataw bhala allowance biex ma tizdidx ir-rata tal-hdud u festi u biex dawn ma jkunux penzjonabbli?
Jien nixtieq nghid lil Prim ministru li ahna m’ ahniex bciecen u voti fil-Pulizija mhux 1600 biss hemm izda hemm il-membri l-ohra tal-familja li ukoll ghandhom vot, ghax dawn kif jghid tajjeb il-Kummisarju jaghmlu is-servizz maghna u jbatu maghna u huma urtati ukoll. Forsi ikun hemm xi hadd jghid dawn ha joqodu jheddu bil-vot? Minn jghid hekk jien nghidlu ahna il-Pulizija kull m’ghandna huwa il-vot ghaliex il-union li li kienet imweda lilna sentejn ilu baqghet ma waslitx u din sa fejn naf jien ma kienitx ta piz finanzjarju fuq il-pajjiz. Semmejt il-vot peress li huwa evidenti li il-bonus ta 1000 euros (taxxabli)huwa lixka elettorali, li wara kollox mieghi mhiex ser tahdem zgur.
.
Jien kemm il-darba tkellimt ma espononenti ta dan il-gvern u fehmthom dwar il-kundizzjonijiet tal-pulizija u ir-risposta kienet tafu ghalxiex kontu diehlin. Issa wasal iz-zmien li dak il-vot kulhadd jaghmel bih dak li jghidlu mohhu u mhux qalbu.
Min hawn nixtieq naghmel appell lil oppozizjoni biex ma toqghodx tuza din is-sitwazzjoni ghal skopijiet partiggjani izda jghidulna jekk ikunu fil-gvern x’inhuma il-proposti taghhom rigward il-Pulizija.
Biex naghlaq ghax nahseb li tawwalt izzejed nixtieq nghid lil Prim ministru li ahjar ma taghna zieda xejn ghax b’din qisu tmejjel bina u iktar wegghana.
prosit Anfield ilqat il musmar fuq rasu!!!
Xejn ma tawwalt Anfield ghax li ghidt kollu jaghmel sens. U grazzi sur John Pisani kellu bzonn kulhadd bhalek japrezza ix-xoghol tal-police u twassal il-lehen ta’ dawk li ma jistghawx jitkellmu liberalment.
Prosit Anfield. Hekk ghandu jkun l-argument mhux battalja bejnietna. Ifred u saltan. Ghax dik is-sistema li ghadu jimxi biha l-korp. Tafu illi kulhadd infexx f’mibeghda bejn l-istess ranks, u min qieghed hemm fuq nett ma ssemmiex darba?? Imma ndunajtu bih dan jew le? Il-vot fídejn kulhadd qieghed. Pero qed nistenna lill-opposizzjoni tohrog hi bi proposta!!! M’hux tghid li ser niehdu li haqqna ta’!! Cifri rridu u mhux tmejjil bina aktar. Kif qal Anfield, dan il-gvern rabat habel m’ghonqu u tefa’ mazra l-bahar, ghaliex li kieku ma nghatajna xejn, ma kienx iqum dan il-panic kollu ntern. Kieku konna nghidu just ma taghna xejn.
Nippreferi li minflok din iz-zieda mimlija tbazwir il-Gvern irranga l-kundizzjonijiet tal-Korp kollu u jekk ghandu dicenza jisma l-wegat ta’ hafna pulizija li jinsabu disprati minhabba sitwazzjoni prezenti. Ghandhom ragun ghax jien bhalhom iddisprat. Kullma jrid jaghmel il-gvern hu exit interviews lil dawk il-pulizija li qed jitilqu. Hemm mbaghad tohrog il-verita. Ghalkemm kull zieda tista ‘tidher’ sabiha m’hemm xejn isbah milli tara pulizija kuntenti u proud bl-uniformi li lebsin. Xi haga li ghal dawn l-ahhar 7 snin zgur li la tara u lanqas thoss. Nitkellem ma’ hafna pulizija u kelma wahda jghiduli li l-Korp meta tkun imkisser iktar ikissrek. Nittama li jkun hemm min ikun hemm fil-Gvern il-kundizzjonijiet jitrangaw ghal gid taghna u ta’ pajjizna.
We protect the people but we don’t protect the police.