Ninsab tajba u se nkompli bil-btala - Tania Sultana
Tania Sultana ta’ 37 sena minn Ta’ Paris, limiti ta’ Birkirkara, helisitha mill-mewt meta kienet involuta f’accident tal-‘paragliding’ li fih miet l-instructor taghha li kienet marbuta mieghu. F’kuntatt li ghamlet Tania mal-qraba qaltilihom li tinsab tajba u li se tkompli bil-btala taghha li bdiet mill-Afrika u baqghet sejra sal Brazil.
Persuni qrib Sultana qalulna li Tania, li tahdem mal-Ministeru tat-Turizmu, kull darba li ssiefer dejjem tfittex vakanzi ta’ avventuri. Din is-sena hija marret l-Afrika u l-Brazil. Nhar l-Erbgha, f’Jum Santa Maria, Tania kienet f’Sao Coronado, li taghmel parti minn Rio de Janeiro fil-Brazil. Hemmhekk hija marret tipprova ghall-ewwel darba l-’paragliding’ u peress li ma ghandha l-ebda esperjenza, taret marbuta mal-instructor.
Skont rapporti fil-midja Braziljana l-accident sehh meta l-instructor, Wanderley Coelho Nascimento ta’ 42 sena bi 23 sena esperjenza fil-paragliding, assigura li Tania kienet marbuta sew, izda jidher li kien hemm xi nuqqas fl-irbit u l-apparat tieghu. Meta qabzu minn fuq pjattaforma li hemm apposta fuq l-irdum, Nascimento inqata’ minn mal-Maltija x’aktarx bir-rih qawwi li kien qed jahkem fl-inhawi. Huwa kien pront u fetah il-parachute ta’ emergenza, izda minkejja li dan infetahlu huwa ma kienx f’gholi bizzejjed u Nascimento ha tisbita meta nizel qalb is-sigar u miet fuq il-post.
Sultana baqghet niezla wehdiha, titjira ta’ madwar 30 sekonda u b’xorti tajba waqfet f’sigra fejn baqghet imdendla bil-paraglider. L-operazzjoni ta’ salvatagg kienet immedjata u minn ezami mediku rrizulta li Tania Sultana sofriet biss minn xokk tant li minn fuq il-post hija ttiehdet lejn il-lukanda.
Dan l-accident inghata prominenza fil-midja Braziljana anke fuq l-ahbarijiet tat-televizjoni minn diversi stazzjonijiet. Li kellhom komuni kien li l-fatt li Sultana ma gralha xejn kien xejn inqas minn miraklu.
Tania mistenni ttemm il-btala mimlija b’avventuri f’Settembru.
This entry was posted on Saturday, August 18th, 2012 at 06:54 and is filed under Accident, Emergenza, Fatalita', Mewt, Salvatagg, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
John, nifhem sew allura li din it-tfajla Maltija spiccat in arja wahidha???
Joe mill-informazzjoni li nghatat mill-midja Braziljana, it-turista Maltija baqghet niezla marbuta mal-paraglider u waqfet ma’ sigra li probabbilment kienet is-sigra li salvatilha hajjitha. Imma din hija informazzjoni li harget fil-midja Braziljana. Issa nistennew li Tania tasal Malta u jekk tkun trid titkellem mal-midja Maltija nisimghu l-verzjoni taghha. L-importanti li tinsab tajba.