Qabdu halliel jisraq fil-fatt
Movimenti suspettuzi f’showroom tal-karozzi f’Hal Lija, qajmu suspett lill-Pulizija tad-Distrett fejn qabdu fil-fatt halliel qed jisraq.
Nhar l-Erbgha ghall-habta tal-11.00 p.m. il-Pulizija gew informati li kien hemm persuna suspettuza qrib ir-rawndebawt li taghti ghan-Naxxar fi Triq il-Mosta. Ghaldaqstant is-Surgent Antoine Zammit flimkien mal-Kuntisabbli Dion Agius mill-Ghassa tan-Naxxar marru jinvestigaw l-ilment. Kif waslu fi Triq il-Mosta f’Hal Lija semghu l-alarm tax-showroom ta’ ‘Ventur Auto Importers’ idoqq u kif resqu raw movimenti suspettuzi.
Kif il-Pulizija nizlu mill-karozza u bdew jisthargu nnuttaw li fil-genb kien hemm il-hgiega mkissra b’cangun. Ftit wara raw  ragel fix-showroom bil-flokk imtella’ fuq rasu biex ma jingharafx mill-kameras tas-sigurtà . Dak il-hin huwa deher li kellu zewg laptops f’idejh li kien ghadu kif seraq mill-ufficcju tal-kumpanija.
Kif l-allegat halliel induna bil-prezenza tal-Pulizija rema’ l-laptops f’landa taz-zibel imma kif dahlu fuq PS Zammit u PC Agius huwa nzamm u gie arrestat. Irrizulta li r-ragel huwa Mike Agius ta’ 29 sena mill-Belt.
Ftit wara waslu wkoll diversi units mill-Iskwadra tal-Mobile biex jassistu lill-kollegi taghhom tad-Distrett kif ukoll sid il-post. Waslu wkoll il-Pulizija mid-DIK immexxijin mill-Ispettur James Grech.
L-allegat halliel ittiehed ghall-aktar investigazzjonijiet li qed jitmexxew mill-Ispettur Jonathan Ransley tad-Distrett. Ir-ragel se jitressaq il-Qorti llum, il-Gimgha.
AGGORNAMENTÂ
Sadanittant kif irrapportajt hawn fuq, il-Gimgha filghodu Mike Agius tressaq il-Qorti taht arrest mill-Ispettur Jonathan Ransley fejn akkuzah bis-serq taz-zewg laptops u iPhone mill-ufficcju ta’ Ventur Auto Dealer.
Huwa gie akkuzat ukoll li huwa recediv u li kkommetta reat meta jinsab taht sentenza sospiza.
Agius wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjubin kontra tieghu u talab biex jinheles mill-arrest. Min-naha tieghu l-Ispettur Ransley oggezzjona ghat-talba u qal li barra li l-akkuzat inqabad fil-fatt iwettaq is-serqa, ghad hemm persuna ohra li l-Pulizja qed ifittxu b’konnessjoni mal-istess reat kriminali.
Il-Qorti cahdet it-talba tal-akkuzat u ordnat li jibqa’ jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.
This entry was posted on Friday, August 17th, 2012 at 07:28 and is filed under Arrestat, Habs ta' Kordin, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Serq, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Prosit tassew….. riklam iehor ghax xoghol tajjeb li taghmlu. Prosit
once again …….
well done to the police
good work and nice response time.
even though the district police are not specialised
Prosit tassew – ahbar sabiha