Sitt immigranti jmutu waqt il-vjagg ta’ tama, 158 jiddahlu Malta
Sitt immigranti, li kienu fost grupp ta’ 74, tilfu hajjithom waqt li kienu qed jivvjaggaw lejn l-Ewropa b’zewg kadavri ma jinstabux. Barra dawn iddahhal grupp iehor ta’ 90 immigrant.
Nhar l-Erbgha waranofsinhar il-FAM kienu informati mill-Kaptan tal-vapur ‘MV Victoria VI’ li kien ghadu kif sab dinghy b’numru sostanzjali ta’ immigranti fuqu meta kien madwar 70 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta. Mill-Bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben salpat il-lanca ta’ salvatagg il-Melita 1 biex tassisti fl-operazzjoni. Il-Kaptan informa wkoll lic-Centru ta’ Salvatagg f’Hal Luqa li fid-dinghy kien hemm zewg persuni mejtin u tnejn ohrajn waqghu fil-bahar meta kienu qed jittellghu fuq il-vapur u li dawn kienu gherqu u ma dehrux aktar.
Sakemm waslet il-Melita 1 baqa’ jinzamm kuntatt kontinwu mal-kaptan tal-‘MV Victoria VI’ li kompla jirrapporta li kollox kien l-istess. Izda meta l-Melita 1 waslet mal-vapur ghall-habta tas-12.45 a.m., il-Kaptan informa lis-suldati Maltin li f’xi hin id-dinghy biz-zewg kadavri fuqu kien inqata’ minn mal-vapur u ngarr mill-kurrent. Huwa qal ukoll li abbord kien hemm tnejn ohrajn mejtin biex b’kollox kienu sitta li tilfu hajjithom b’erba’ kadavri li gew mequsjin mitlufin fil-bahar.
Minnufih il-vapuri kollha fl-inhawi gew informati biex ikunu fuq alert minhabba ostaklu fil-bahar u jirraportaw immedjatament jekk jiltaqghu mad-dinghy. Fl-istess hin saret tfittxija fl-inhawi izda d-dinghy ma nstabx. Minn hawn bdiet operazzjoni biex ikunu trasferiti l-immigranti ghal fuq il-Melita 1. B’kollox kien hemm 68 immigrant, 59 ragel u disa’ nisa.
Aktar tard, il-Hamis ghall-habta tas-1.30 p.m. sajjieda Maltin sabu d-dinghy u fuqu kien ghad hemm iz-zewg kadavri. Ghaldaqstant fil-post indikat intbghatet Patrol Boat biex tigbor il-kadavri.
Sadanittant il-Patrol Boat P51 kienet involuta f’operazzjoni separata ta’ salvatagg ta’ 90 persuna fejn kienu salvati 78 ragel, 11-il mara u tfajjel. Dawn iddahhlu f’Xatt it-Tiben il-Hamis ghall-habta tas-1.20 a.m. fejn wara li tnizzlu minn fuq il-P51 tpoggew fix-xarabanks tal-Pulizija u ttiehdu l-Kwartieri Generali tal-Pulizija ghall-identifikazzjoni.
Ghall-habta tat-3.00 a.m. il-Melita 1 dahlet ukoll fil-Bazi Marittima bi 35 immigrant, li kienu jaghmlu parti mill-grupp fuq l-‘MV Victoria VI’ u wara regghet salpat ghal hdejn il-vapur li kien madwar tmin mili barra mill-Port il-Kbir. Tliet sieghat wara, ftit wara s-6.00 a.m. iddahhal grupp iehor ta’ 33 immigrant flimkien ma’ zewg kadavri. Biex b’hekk fi ftit sieghat iddahhlu Malta 158 immigranti illegali.
Uhud minn dawn l-immigranti dehru ghajjenin u kien hemm minnhom li nghataw il-kura medika. Fil-fatt aktar qabel matul il-gurnata helikopter tal-FAM kien digà gab wiehed minnhom biex jinghata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Il-Magistrat Dr Carol Peralta gie informat minhabba z-zewg kadavri fejn ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri. L-Ispettur Kylie Borg mill-Ghassa tal-Belt qed tinvestiga l-kaz.
Din is-sena dahlu Malta 1,309 immigranti li minnhom hemm 989 ragel, 300 mara u 20 tifel u tifla inkluzi trabi.
This entry was posted on Friday, August 17th, 2012 at 07:27 and is filed under Ambulanzi, Emergenza, Esperti, FAM, Fatalita', Immigranti, Infermieri, Kadavru, Patrol Boat, Periklu, Pulizija, Salvatagg, Sejba, Sptar Mater Dei, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tfittxija, Tobba, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Another human tragedy… and like the Syrian war.. the whole world just sits back and does nothing. Shame on us humans.
In the meantime i thank the police, the armed forces and medics for being so humane.
Silenzju mill-Eu fuq din it-tragedja? Fejn hi solidarjeta li tant nghidu fuqa!?!?!?