Aktar ezamijiet forensici l-gimgha d-diehla
Dalghodu saret l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Mario Galea ta’ 47 sena minn Tas-Sliema li kmieni l-Gimgha filghodu miet f’kaz misterjuz f’San Giljan. Izda minhabba c-cirkostanzi tal-kaz l-awtopsja giet sospiza biex isiru aktar ezamijiet forensici liema ezamijiet qed jitmexxew mit-Tabib Forensiku Mario Scerri.
Dan il-kaz fatali se jiddpendi hafna fuq ix-xjenza forensika fejn irid ikun determinat jekk Mario Galea kienx digà nqatel qabel ghaddiet it-taxi minn fuqu. Ghaldaqstant l-awtopsja u aktar ezamijiet gew sospizi biex isiru aktar testijiet forenisici liema testijiet se jsiru hawn Malta stess. B’hekk dawn l-ezamijiet issa se jkomplu nhar it-Tlieta.
L-esperti forensici jridu jezaminaw ukoll il-filmati migbudin mis-CCTV cameras fejn hemm wahda qabel iddur ghal Triq Paceville u ohra fi Triq Paceville stess. Dawn il-filmati jistghu jkunu determinanti u ghalhekk l-esperti forensici se jkunu qed jezaminawhom bir-reqqa bl-ghajnuna wkoll tal-espert Martin Bajada.
Sorsi qrib l-investigaturi qalu lil KRONAKA f’MALTA  u lil inewsmalta.com li hemm indikazzjonijiet li Galea seta kien digà mejjet qabel ma ghaddiet it-taxi BMW minn fuqu. Ghalkemm il-vittma sofra diversi feriti, anke meta ghaddiet il-karozza minn fuqu, irid ikun stabbilit jekk il-feriti gravi li nstabulu fuq rasu u partijiet ohrajn ta’ gismu setghux kienu l-kawza tal-mewt.
Jekk fil-fatt jirrizulta li Galea kien digà mejjet allura l-Pulizija ghandha f’idha r-raba’ kaz ta’ omicidju li fihom hemm sitt vittmi peress li sehhew zewg kazi fejn inqatlu zewg persuni f’kull kaz.
Dan l-ahhar kaz sehh fis-sieghat bikrin tal-Gimgha filghodu mete Galea kellu argument fuq somma ta’ mhux aktar minn €50 ma’ zewgt irgiel it-tnejn ta’ 28 sena mir-Rabat, Ghawdex u iehor minn San Giljan. L-argumenta beda qrib il-pastizzerija Maxims fi Triq Ross f’San Giljan u kompla jishon fejn Galea beda jigi aggredit. B’xi mod huwa rrnexxielu jahrab u gera lejn Triq Paceville b’wiehed mill-aggressuri jigri warajh filwaqt li l-komplici tieghu dahal fil-karozza u saq fid-direzzjoni ta’ fejn harab Galea.
Kif il-vittma wasal fil-kantuniera fejn hemm l-agenzija ta’ Frank Salt fi Triq Paceville, lehqu wiehed mill-irgiel li kompla jaggredih. Bid-daqqiet li qala’ Galea waqa’ fl-art u qed ikun allegat li l-istess aggressur kompla jaghti bis-sieq lil Galea fejn hallih mitluf minn sensih qrib it-tappiera f’nofs tat-triq. L-allegat aggressur telaq u deher jidhol fil-karozza ta’ siehbu u z-zewgt irgiel harbu minn fuq il-post.
Ftit tal-hin wara minn Triq Ross giet Taxi BMW mill-bojod misjuqa minn Robert Aquilina ta’ 35 sena minn H’Attard li kellu turist Taljan bhala passiggier. Peress li fil-kantuniera kien hemm xi nies, li probabbli kienu qed iharsu lejn Galea fl-art, Aquilina x’aktarx li hares lejhom biex ma jolqothomx jekk ikunu se jaqsmu b’konsegwenza li ma ndunax li fl-art f’nofs it-triq hdejn tappiera kien hemm Galea mitluq fl-art mitluf minn sensih. Kif Aquilina dar ghal Triq Paceville il-BMW telghet fuq Galea li baqa’ jitkaxkar u jirrombla taht il-karozza ghal madwar tmin metri fejn qed jinghad li xi nies gibdu l-attenzjoni ta’ Aquilina u waqaf mill-ewwel. Kif nizel huwa ra lil Galea taht il-karozza f’ghadira demm.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier kif ukoll Dr Micheal Spiteri mill-ERT, izda t-tim mediku ma seta’ jaghmel xejn ghax Mario Galea kien lehaq miet. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Trevor Micallef tad-Distrett u l-Ispettur Keith Arnaud mill-Iskwadra tal-Omicidji.
This entry was posted on Saturday, August 11th, 2012 at 16:48 and is filed under Accident, Aggressjoni, Arrestat, Awtopsja, ERT, Esperti, Fatalita', Inkjesta, Kadavru, Kamra mortwarja, Omicidju, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Qtil, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.