Tghaffeg b’taxi u miet fuq il-post
Argument bejn tliet irgiel spicca fi tragedja meta wiehed minnhom allegatament inghata xebgha kbira u thalla mitluq f’nofs it-triq mitluf minn sensih b’konsegwenza li sewwieq ta’ taxi ma ndunax bih u ghadda minn fuqu. Il-Pulizija qed izzomm zewgt irgiel b’konnessjoni ma’ dan il-kaz biex jghinuhom fl-investigazzjonijiet.
Kmieni l-Gimgha filghodu, ghall-habta tat-3.35 a.m., Mario Galea ta’ 47 sena minn Tas-Sliema deher jargumenta ma’ zewgt irgiel qrib il-pastizzerija Maxims fi Triq Ross f’San Giljan. L-argument kompla jishon fejn Galea beda jigi aggredit. B’xi mod huwa rrnexxielu jahrab u gera lejn Triq Paceville b’wiehed mill-aggressuri jigri warajh filwaqt li l-komplici tieghu dahal fil-karozza u saq fid-direzzjoni ta’ fejn harab Galea.
Kif il-vittma wasal fil-kantuniera fejn hemm l-agenzija ta’ Frank Salt fi Triq Paceville, lehqu wiehed mill-irgiel li kompla jaggredih. Bid-daqqiet li qala’ Galea waqa’ fl-art u qed ikun allegat li l-istess aggressur kompla jaghti bis-sieq lil Galea fejn hallih mitluf minn sensih qrib it-tappiera f’nofs tat-triq. L-allegat aggressur telaq u deher jidhol fil-karozza ta’ siehbu u z-zewgt irgiel harbu minn fuq il-post.
Ftit tal-hin wara minn Triq Ross giet Taxi BMW mill-bojod misjuqa minn Robert Aquilina ta’ 35 sena minn H’Attard li kellu turist Taljan bhala passiggier. Peress li fil-kantuniera kien hemm xi nies, li probabbli kienu qed iharsu lejn Galea fl-art, Aquilina x’aktarx li hares lejhom biex ma jolqothomx jekk ikunu se jaqsmu b’konsegwenza li ma ndunax li fl-art f’nofs it-triq kien hemm Galea. Kif Aquilina dar ghal Triq Paceville, il-BMW telghet fuq Galea li baqa’ jitkaxkar taht il-karozza ghal madwar tmin metri fejn qed jinghad li xi nies gibdulu l-attenzjoni u waqaf mill-ewwel. Kif nizel huwa ra lil Galea taht il-karozza.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier kif ukoll Dr Micheal Spiteri mill-ERT, izda t-tim mediku ma seta’ jaghmel xejn ghax Mario Galea digà mejjet.
Minhabba li l-vittma kien mghaqbud taht il-karozza, issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li ghollew il-BMW minn quddiem biex seta’ jinhareg il-kadavru minn tahta. Fuq il-post tat-tragedja marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, is-Supretendent Stephen Gatt u Ispettur Trevor Micallef flimkien mas-Surgent Terry James Mallia. Il-Pulizija nnuttaw li fl-inhawi hemm zewg kameras tas-sigurtà u ghalhekk aktar tard huma elevaw il-filmati biex ikunu analizati.
Ftit tal-hin wara l-Pulizija arrestaw zewgt irgiel, wiehed mir-Rabat Ghawdex u l-iehor minn San Giljan, it-tnejn ta’ 28 sena. Ghalkemm il-Pulizija ghadha qed tinvestiga l-kaz, mhux qed ikun eskluz li l-argument beda fuq somma zghira ta’ flus.
Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richar Aquilina, t-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-Prokuratur Legali Mario Buttigieg bhala esperti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija kif ukoll Martin Bajada biex jezamina l-filmati.
Huwa mifhum li xi persuni, fosthom turisti Taljani, raw kif tghaffeg Galea imma mhux maghruf jekk dawn rawx l-aggressjoni wkoll.
Il-kadavru ta’ Galea ttiehed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei bil-hearse tal-Pulizija fejn illum se ssir l-awtopsja. Ghalkemm fuq il-kadavru nstabu feriti gravi, mill-ewwel ezamijiet irrizulta li dawn huma kompatibbli meta tghaffeg bil-karozza u bit-tkaxkira taht il-karozza. Izda l-investigaturi qed jistennew x’se jirrizulta mill-awtopsja biex ikun stabbilit jekk Mario Galea kienx digà mejjet qabel ghaddiet minn fuq t-taxi. F’dan il-kaz il-Pulizija se jkollha f’idha kaz ta’ omicidju ghalkemm xorta mhux qed ikun eskluz li l-aggressur li tah bis-sieq u hallieh fl-art, xorta jista’ jigi akkuzat li kkawza feriti gravi segwita bil-mewt.
This entry was posted on Saturday, August 11th, 2012 at 08:06 and is filed under Accident, Aggressjoni, Ambulanzi, Attentat, Awtopsja, ERT, Esperti, Fatalita', Girja, Harba, Infermieri, Inkjesta, Mewt, Omicidju, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qtil, SOCO, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.