Il-Lifeguards ma ndunax li kienet wiccha ’l isfel
Kellhom ikunu ghawwiema li nzertaw fil-Bajja tal-Ghadira li nnuttaw li kien hemm mara wiccha ’l isfel fil-bahar u mhux il-Lifeguards li xogholom huwa li jkunu ’l hin kollu fuq alert. Izda anzjana li x’aktarx kienet ilha iktar minn ghaxar minuti b’rasha taht l-ilma, ma ndunawx biha.
Kien hemm xeni pjuttost ta’ ghajb fejn diversi turisti u Maltin li nhar il-Hamis kienu fil-Bajja tal-Ghadira, li hi klassifikata ‘blue flag’, assistew ghal tragedja u kellhom ikunu persuni ohrajn u mhux il-Lifeguards li ttellghu lil Carmela Donohoe ta’ 84 sena minn San Pawl, Maltija mizzewga Ingliz u residenti f’San Pawl il-Bahar.
Il-Hamis l-anzjana marret biex tiffriska fil-bahar mis-shana tax-xemx. Maghha kien hemm bintha li giet Malta ghal btala u biex tqatta’ ftit jiem ma’ ommha.
Ghall-habta tas-2.10 p.m. l-anzjana nizlet tghum biex tkompli tiffriska. Ftit wara kien hemm min ra lil Donohoe wiccha ’l isfel izda hasbu li forsi kienet qed tghodos bil-maskla, izda meta ghadda aktar hin u l-mara ma ccaqalqetx, hasbu hazin u nizlu ghaliha.
Sakemm dawn il-persuni nizlu ghall-anzjana, nies ohrajn bdew jigbdu l-attenzjoni tal-lifeguards, izda dawk li marru biex issalvaw lil Carmela kienu digà lehqu wasluha sa fuq ir-ramel.
Kien f’dan il-mument li z-zewg nisa lifeguards irreagixxew u marru biex jibdew jaghtu l-ewwel ghajnuna medika lill-anzjana. Sadanittant issejhet l-assistenza medika fejn fuq il-post waslet ambulanza tal-fergha tas-Salib l-Ahmar u l-Pulizija tal-ALE mmexxijin mis-Surgent Sandro Mangion. Minkejja l-interventi medici, Carmela Donohoe mietet fuq il-post.
B’din il-fatalità giet infurmata l-Magistrat Dr Marsanne Farrugia li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti biex ihejju r-rapporti taghhom. Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga l-kaz.
Din kienet it-tielet gharqa minn nhar il-Hadd li ghadda u d-disa’ wahda din is-sena.
This entry was posted on Friday, August 10th, 2012 at 08:12 and is filed under Accident, ALE, Ambulanzi, Anzjani, Fatalita', Gharqa, Inkjesta, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Rabja, Salvatagg. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Dwejjaq kbar meta jigru dawn l-affarijiet. Ma nistawx nippretendu mirakli minn lifeguards ghax kaz bhal ta’ din il-povra sinjura ma tistax tirrealizza mill l-ewwel li qeda fil-periklu, kif fil-fatt garalhom dawk li tellaw il-vittma mill-ilma. Pero nistaqsi jekk xi hadd minnkom xi darba marx ikellem lil xi hadd minn dawn il-lifeguards bil-Malti. Il-maggoranza taghhom huma zaghzagh barranin li lanqas biss jafu kelma bl-Malti u whud l-Ingliz taghhom mfarrak. Jien s’issa hlief Lifeguards barranin ma rajtx fosthom smajthom jitkellmu ma kollegi taghhom bir-Russu (jew Slav), lingwi ohra u sahansitra l-Ghadira kien hemm Indjan li ukoll ma jafx imqar kellma wahda bil-Malti.
Toqod tahseb kif jista jokkumunika lifeguard ma vittima jekk ikollok anzjana persuna Maltija li ma tafx titkellem bl-Ingliz. Fejn tithol is-sahha l-lingwa tal-pajjiz hija prioritarja barra l-lingwa tal-Ingliz.
Propjament, Inzerta kien addej voluntier tas-salib l-ahmar bil-land rover taghhom. Mara li marret tfittex ghall-ghajnuna wafqet lil voluntier u staqsithu ghall-ghajnuna, huwa ghamel CPR flimkien mal-lifeguards kif ukoll uza AED u apparat li kellu fil-land rover sakemm giet ambulanza ta Mater Dei
dan kollu juri kemm ghanud jkun hawn xi tip ta ‘ awtorita li terregola dak kollu li ghandu x jaqsam ma life saving u salvatagg ta persuni, mhux elf miljun entita u kulhadd jahdem ghal rasu u kif jeftillu. Dan bhall nistja jiena naqbad u ngib skoss ambulanzi second hand u nibda nallem li first aid u nghid li ghandi kumpanija tal ambulanzi….min ser jwaqqafni ???
Sur Borg u b liema certifikati se tkun awtorizat biex inti tghallem? jew tahseb inti li jekk taf titkellem bil malti tista tibda tati l privat tal malti? Tahseb li ma hawnx regoli? tahseb li kemm tieqaf u tati l ewwel ajnuna u caw u bye? U jekk int u taghti l ewwel ghajnuna jew tkun ed titraspporta pazjent b wahda mil ambulanzi msemmiha u tahbat u twegga lil pazjent u lil ta mieghek? titla l qorti u jahfruwilek? jew tahseb li ghalkemm volontarjat ma hemmx responsabiltajiet?
Il landrover u l ambulanzi tas salib l ahmar li kienu jintuzaw ghawdex….
u anke l equipment u t training tan nies min ghawdex gew…