Il-Prim Ministru se jikkumpensa lill-Pulizija ….imma mhux tas-sahra
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi wieghed lill-Pulizija li se jtejbilhom il-kundizzjonijiet finanzjarji taghhom “b’ghaqal ghax irridu nassiguraw li l-finanzi ta’ pajjizna jibqghu fis-sod”. Lawrence Gonzi ghamel din il-weghda nhar l-Erbgha waqt ic-cerimonja tal-hatra ta’ 69 pulizija godda li ghall-ahhar darba saret fil-Forti Sant’Iermu.
Wara li l-istess Prim Ministru ddikjara li dawk il-pulizija li hadmu s-sahra mill-1993 sal-2006, u li tammonta ghal €54 miljun, mhuma se jiehdu xejn, fosthom numru ta’ eks-membri tal-Korp, issa l-istess Dr Gonzi hareg bil-weghda, li hafna qed iqisuha bhala weghda ta’ qabel l-elezzjoni, li se jikkumpensa lill-Pulizija. Huwa qal li l-hidma tal-Pulizija titlob sagrificcji, impenn u dedikazzjoni. Il-Pulizija jkunu vicin il-periklu aktar minn ohrajn. Jahdmu f’sitwazzjonijiet delikati immens u jigu f’kuntatt ma’ nies li jkunu f’mumenti vulnerabbli hafna minhabba dak li jkunu ghadhom kemm ghaddew minnu.
Gonzi qal li ghaldaqstant il-Gvern iddecieda li jtejjeb il-kundizzjonijiet finanzjarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. “Dan qed naghmluh ghax irridu li d-dhul finanzjarju tal-membri tal-Korp tal-Pulizija jkun jirrifletti x-xoghol li taghmlu u l-kumplessità tax-xoghol li ghandkom. It-titjib fil-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Pulizija se naghmluh b’responsabbiltà u b’ghaqal ghax irridu nassiguraw li l-finanzi ta’ pajjizna jibqghu fis-sod u ma jigrix kif gara f’pajjizi ohrajn li llum qed jikkrollaw taht djun u zbilanci kbar.
“Ghalhekk ir-revizjoni qed naghmluha b’saqajna mal-art minghajr ma nipperikolaw dak li b’ghaqal hdimna ghalih minhabba li qeghdin f’sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali difficli”.
Huwa inidirizza b’mod dirett lir-rekluti, li minn 69, sitta biss huma nisa. Dr Gonzi qalilhom li jinsab konvint li m’ghamlux l-ghazla li jsiru pulizija bbazata fuq x’jirrendi finanzjarjament ix-xoghol, izda ghamluh ghax jemmnu fl-ghazla u li riedu jidhlu ghal karriera li taghtihom sodisfazzjon.
Il-Prim Ministru qal li din kienet l-ahhar cerimonja li qieghda ssir f’Sant Iermu biex ikun jista’ jibda l-progett ta’ restawr tal-Forti. “B’dan il-progett fil-Forti Sant’Iermu rajna l-opportunità li nibnu Akkademja gdida f’Ta’ Kandja li x-xoghol fuqha digà beda, bil-facilitajiet moderni li huma mehtiega ghall-Korp tal-Pulizija. Dan ghax sal-lum it-tahrig kien qieghed isir f’post li kien mibni qabel u mhux mibni specifikament ghall-bzonnijiet tat-tahrig tal-Pulizija. Sakemm titlesta l-Akkademja l-gdida, bhala mizura temporanja, l-Akkademja se tkun qed topera mill-bini li fil-passat kienet l-Iskola Umberto Calosso f’Santa Venera”, qal il-Prim Ministru.
Izda s-sorsi taghna fil-Korp tal-Pulizija qalulna li minn dak li qal Dr Gonzi juri li la mar Santa Venera u lanqas f’Ta’ Kandja. Fil-fatt l-istess sorsi qalulna li x-xoghol fl-Akkademja l-gdida li skont Gonzi “li x-xoghol fuqha digà beda”, fil-fatt ix-xoghol ilu wieqaf u kull ma sar hija li tpoggiet darbtejn l-ewwel gebla li din issa tinsab mghottija biex ma tigix vandalizzata. Dwar il-kumpless f’Ta’ Kandja fejn hemm l-SAG ukoll jinsab f’telqa. Kien beda x-xoghol fis-soqfa tat-toilets u x-showers li waqaf u l-istess gara fejn qabel kien hemm il-canteen fejn ix-xoghol jinsab hafna inqas minn “nofs lehja”.
Dwar l-Akkademja f’Umberto Calossa, jidher li l-Prim Ministru wkoll ma resaqx ’l hemm. Barra s-shana tremenda li hemm fil-klassijiet, is-sorsi taghna qalulna li hemm toilet wiehed biss li mhux jinzamm nadif.
Hafna mill-Pulizija qalulna li huwa ta’ sodisfazzjon li l-Prim Ministru issa qed iwieghed xi forma ta’ kumpens, izda l-ewwel iridu jaraw xi haga f’idejhom biex jemmnu. Dan ghax l-istess Prim Ministru Gonzi kien ukoll weghdom li sa Marzu 2011 kienu se jissiehbu fi trejd unjin, weghda li baqa’ ma zammx mal-Pulizija.
L-istess Gvern li jmexxi Gonzi, qalulna s-sorsi, ukoll kien wieghed permezz tal-eks-Ministru Carm Mifsud Bonnici, li mill-overtime li ghandhom jiehdu b’lura mill-1993, l-eks-Ministru kien iddikjara li mhux €54 miljun ghandhom jiehdu b’lura imma €3 miljun. Izda issa Lawrence Gonzi qed jghid li mhuma se jiehdu xejn, lanqas it-€3 miljun.
Sadanittant waqt ic-cerimonja tar-rekluti tkellem ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Huwa qal li t-taghlim huwa c-cavetta ta’ kull success u taf kemm taf, qatt m’hu bizzejjed u ghaldaqstant il-Korp se jinvesti bil-kbir fejn jidhol taghlim.
Il-Mark Farrugia Award din is-sena intrebah mill-Kuntistabbli Elisia Scicluna. Dan il-premju jinghata lir-rekluta li tkun ddistingwiet ruhha matul it-tahrig kollu
This entry was posted on Friday, August 10th, 2012 at 08:11 and is filed under Akkademja tal-Pulizija, Appell, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
prosit Elisia…. kien haqqek tassew… kompli hares il quddiem….
Mela jekk il-kummissarju jemmen li l-istudju huwa c-cavetta tas-success mela jista’ jispjega li meta ghamilt Masters li giet imhallsa minn buti biex il-korp jiggwadanja minnha, l-kumment tieghu kien li jiena sraqthom minn halq uliedi, jista’ jispjega ghala l-istudju qatt ma kien priorita taht it-tmexxija tieghu meta l-ahhar nies li marru jitghallmu kien fl-2000? L-ghala jekk kien ic-cavetta tas-success ma hax hsieb lildawk li ghamlu saggrificcji u tahom transfers bl-addocc minflok gew uzati kif suppost dahhlu ghalih? Din hija c-cavetta tas-success li qieghed jitkellem fuqha? Ghax jekk hi hekk allura c-cavetta li kellhi jiena kienet falza ghax ghalqet il-bibien flok fethet. Dan huwa l-investiment li ghamilt u nghidlu grazzi ghax issa gie fi kliemi li taf kemm taf mhux bizejjed u mhux l-esperjenza biss hija c-cavetta tas-success.