Theddida ta’ bomba fl-ufficini tal-ARMS
Impjegati f’diversi ufficini fosthom f’dawk tal-ARMS Ltd, MITA u ohrajn kif ukoll numru ta’ klijenti, spiccaw ghal hin twil barra fix-xemx u s-shana minhabba theddida ta’ bomba fl-ARMS.
Il-Hamis ghall-habta tad-8.45 a.m. il-Pulizija gew informati li fil-bini tal-ARMS Ltd li jinsab f’Gattard House fil-Blata l-Bajda, kien tpogga pakkett b’bomba fih. Minnufih gew informati l-Pulizija tad-Distrett u dawk mit-Taqsima tal-Klieb kif ukoll is-suldati mill-Explosive Ordinance Disposal (EOD).
Il-Pulizija evakwaw lil kulhadd mill-ufficini kollha bhala prekawzzjoni sakemm saret tifttxija intensiva fil-bini kollu. Wara madwar siegha u nofs ta’ tfittxija mis-suldati kif ukoll mill-klieb imhargin biex ifittxu materjal splussiv, b’xorti tajba ma nstab xejn.
Huwa mifhum li din kienet l-ewwel darba li saret theddida ta’ bomba f’dawn l-ufficini. Minkejja li din kienet theddida falza, il-Pulizija xorta wahda qed tinvestiga biex tintracca min u minn fejn saret it-telefonata.
This entry was posted on Friday, August 10th, 2012 at 08:09 and is filed under Bomba, EOD, FAM, Haddiem, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Rabja, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.