Barrani fil-periklu tal-mewt
Accident tat-traffiku li sehh fis-sieghat bikrin tal-Hamis filghodu fil-Mosta halla barrani fil-periklu tal-mewt, iehor b’feriti gravi u t-tielet wiehed ma gralu xejn.
L-accident sehh fi Triq il-Misjunarji Maltin ghall-habta tat-3.00 a.m. meta Matus Saffo ta’ 22 sena mis-Slovakja kien qed isuq karozza Maruti Gypsy. Mieghu kellu lil Jan Eahora li kien riekeb quddiem u Ladislav Saffo li kien fis-seat ta’ wara li wkoll huma Slovakki.
Jidher li Matus Saffo tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li din inqalbet u t-tliet irgiel inqabdu fiha. Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjon tax-Xemxija li hargu lis-Slovakki mill-karozza u ttiehdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Irrizulta li Matus Saffo l-aktar wiehed li sofra griehi gravi tant li gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li Jan Eahora ukoll sofra griehi gravi izda wara li nghata l-kura medika qaleb ghall-ahajar. Ladislav Saffo ma sofra ebda griehi.
B’dan l-accident giet informata l-Magistrat Dr Marsanne Farrugia li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.
L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Jesmond Micallef flimkien mas-Surgent Rodene Ghirxi u l-Kuntistabbli Jozimar Muscat tad-Distrett.
Sakemm sar l-access fuq il-post it-triq ghamlet hin twil maghluqa ghat-traffiku.
This entry was posted on Friday, August 10th, 2012 at 07:34 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Inkjesta, Korriment, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.