Mara ssofri griehi f’rashaÂ
Mara ta’ 55 sena minn San Giljan sofriet griehi f’rasha meta kienet involuta f’accident tat-traffiku fi Triq il-Kosta limiti tan-Naxxar.
L-accident sehh il-Hamis ghall-habta tas-3.02 p.m. meta Lisa Maria Kind kienet qed issuq karozza VolksWagon Polo fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Bahar meta tilfet il-kontroll, habtet mal-genb tat-triq u nqalbet bil-karozza spiccat fuq is-saqaf taghha.
Ftit tas-sekondi qabel il-fotografu Ray Attard kien qed jiehu ritratti fl-inhawi tant li f’wiehed mir-ritratti qabad il-karozza ta’ Kind u ciklist li ta l-ewwel ghajnuna lill-mara ftit metri ’l boghod minn xulxin qabel ma sehh l-accident.
Ic-ciklist, Jack Schiavone, ra l-accident isehh quddiem ghajnejh. Huwa nizel minn fuq ir-rota u kien l-ewwel wiehed li pprova jaghti l-ghajnuna lill-mara. Schiavone irnexxielu jiftah il-bieba ta’ wara izda huwa u jaghmel dan sofra griehi hfief. Minkejja bid-demm niezel ma jdejh, Schiavone kompla jipprova jassisti lil Kind.
Fi ftit hin waqfu sewwieqa ohrajn li wkoll nizlu fl-art ikellmu lil Lisa Maria biex izommuha konxja sakemm waslet l-ghajnuna professjonali.
Fil-fatt inqas minn 10 minuti wara waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxijin mill-ufficjal Natalino Bezzina u ezatt zewg minuti wara waslet ambulanza b’infermier u t-Tabib Jonathan Joslin mill-ERT.
Fuq il-post tal-accident marru wkoll il-Pulizija tal-Mobile u mit-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll tad-Distrett.
Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kellhom iqacctu bieba tal-karozza biex inharget il-mara u wara li nghatat l-ewwel ghajnuna medika fuq il-post, hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei fejn kompliet tinghata l-ghajnuna medika fid-Dipartiment tal-Emergenza fejn instabet li kienet qed issofri minn griehi gravi izda mhix fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija kellhom jaghlqu parti mit-triq sakemm kellhom konferma mill-Isptar Mater Dei li l-mara ma kinitx fil-periklu tal-mewt u ghaldaqstant ma kienx hemm bzonn ta’ inkjesta mill-Magistrat tal-Ghassa.
Bhalma jigri kull darba li jkun hemm accident tat-traffiku, inholqot kongestjoni f’diversi toroq li halla lill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku impenjati biex jidderiegu t-traffiku u jghadduhom minn toroq alternattivi.
This entry was posted on Friday, August 10th, 2012 at 08:13 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, ERT, Infermieri, Korriment, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Salvatagg, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.