Jispikka n-numru kbir ta’ zghazagh fil-funeral
Charles Brignone, l-ghaddas ta’ 44 sena li nhar il-Hadd li ghadda intlaqat f’rasu minn skrun ta’ opra tal-bahar meta kien qed jghodos qrib Zonqor Point f’Wied il-Ghajn, l-Erbgha filghodu hareg minn Bormla ghall-ahhar darba u qatt izjed mhu se jerga’ lura fil-post li habb u qatta hafna hin minn hajtu anke wara li mar joqghod Hal Tarxien. Kienu mijiet li mlew il-Kolleggjata ta’ Maria Immakulata f’Bormla li taw l-ahhar tislima lil wiehed minnhom fejn spikkat il-prezenza qawwija ta’ zghazagh, tfajliet u guvintur, hbieb ta’ Romario, iben Charles.
Ezatt fit-8.30 a.m. mad-daqq tal-qniepen tal-knisja, it-tebut inhareg mill-karozza tal-mejtin u ngarr fuq l-ispallejn fost capcip kbir mill-folla li marret issellem lil Brignone. Tant marru nies li ma kienx hemm spazju bizzejjed fil-knisja u numru mdaqqas baqghu barra fuq iz-zuntier.
Il-quddiesa tmexxiet mill-Arcipriet il-Kanonku Joe Mifsud akkumpanjat minn 12-il sacerdot bil-kant tal-kor ‘Toto Pulchra’. Fuq quddiem mart Charles, Josianne izomm f’idha s-santa tal-mewt ta’ zewgha u fil-qrib binha Romario li halla impressjoni ma’ kulhadd bil-messaggi li pogga fuq il-pagna tieghu fuq Facebook. Kien Romario stess qara l-lezzjonijiet tal-Quddiesa.
Fl-Omelija tieghu l-Arcipriet Mifsud qal li l-mewt ta’ Charles kienet ahbar li hasdet lil kulhadd. Huwa fissru bhala ragel fuq l-irgiel u qal li l-prezenza tan-nies fil-Knisja turi kemm kien irrispetatt minn kulhadd.
“Gejna hawn biex nghixu l-memorji ta’ Charles u nuru solidarjetà ma’ martu, il-qraba tieghu u ibnu Romario”, qal l-Arcipriet.
Huwa qal li Charles ma kellux rabta biss ma’ Bormla minhabba l-festa, il-futbol u l-armar, izda kellu fidi qawwija lejn Alla u Maria Immakulata. Dan kien jurih ukoll kull nhar ta’ Sibt li flimkien ma’ martu dejjem ikunu prezenti ghall-quddies u jitilghu jitqarbnu. Dan juri l-fidi u l-imhabba genwina li kellhom lejn xulxin li qatt ma naqset tul l-24 sena li ilhom jafu lil xulxin.
Fr Joe Mifsud qal li Charles kien mudell u ezempju ta’ missier kif stqarr ibnu Romario stess fuq il-Facebook. Charles kien bniedem ta’ qalb kbira li kien jirrispetta lil kulhadd b’mod specjali lill-Awtoritajiet.
Fost capcipa twila u emozzjonijiet kbar minn dawk prezenti, hekk kif it-tebut xiref fuq iz-zuntier tal-Knisja tpogga fuq it-tebut flokk li kien jilbes Charles Brignone meta kien jilghab mat-tim tas-St Georges. Kif ghadda minn taht il-bandiera tal-Kumitat tal-Festa, li Brignone kien membru tas-socjetà, din tpoggiet ukoll fuq it-tebut.
Wara li t-tebut tnizzel mit-tarag taz-zuntier u gie quddiem il-Knisja, iddawwar lejn il-Knisja ghall-ahhar tislima lill-Kuncizzjoni li tant kien devot taghha bin-nies li kienu ghadhom fuq igarraw fjuri ghal fuq it-tebut u fl-istess hin gew sparati murtali bhala salut. Hafna mill-bnadar fuq il-bjut ittajru mezz’asta b’turija ta’ rispett.
Prezenti ghall-funeral kien hemm il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat u membri parlamentari ohrajn.
Il-funeral tkompla b’forma privata lejn fic-cimiterju ta’ Haz Zabbar.
This entry was posted on Thursday, August 9th, 2012 at 07:54 and is filed under Accident, Awtopsja, Fatalita', Festi, Funeral, Ghaddas, Hit&Run, Kadavru. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
The last picture of the son touching the coffin is really heartbreaking.
May this family find the peace and courage that are so much needed in times like these. Unfortunately death is unavoidable to all of us, but it is much worse when people lose their life due to lack of attention from others.
May Mr Brignone’s death serve at least as an eye opener to respect everyone around us…… because one family is suffering hell on earth for the simple reason that someone else was careless and selfish.