Sofra ksur f’rasu kompatibbli ma’ daqqa ta’ dghajsa
Il-Pulizija qed tfittex opra tal-bahar li allegatament setghet ikkawzat il-mewt ta’ Charles Brignone ta’ 44 sena minn Bormla izda residenti Hal Tarxien missier ta’ tifel ta’ 15-il sena. Mill-ewwel stharrig jidher li Brignone sofra ferita gravi hafna f’rasu kompatibbli ma’ daqqa’ ta’ xi opra tal-bahar.
Brignone huwa maghruf sew f’Bormla kemm ghax kien jilghab mat-tim tal-futbol ta’ Bormla kif ukoll ghas-sehem tieghu fl-armar tal-Festa tal-Kuncizzjoni u kien attiv sew fir-Regatta. Charles, jew kif kienu jafu shabu bhala Carmel, nhar il-Hadd mar jghum ma’ martu f’Zonqor Point f’Wied il-Ghajn. Ghall-habta tal-9.40 a.m. huwa mar jghodos bin-nifs u ha l-prekawzzjonijiet kollha fosthom anke l-ballun li jindika li hemm xi hadd qed jghodos.
Meta martu, Jospehine Anne, rat li kienu saru l-4.00 p.m. u Carmel kien ghadu ma rritornax, talbet ghall-assistenza. Fi ftit minuti marru fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll bdiet tifttixja mill-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ helikopter Alouette mill-ajru u bil-lanca Melita II minn fuq il-bahar. Ftit tal-hin wara waslet ukoll il-Patrol Boat P24 biex jassistu fit-tfittxija.
Peress li d-dawl beda jbatti, intbaghatet ukoll it-tieni lanca tas-salvatagg il-Melita I kif ukoll il-bughaddasa mill-EOD li bdew ifittxu fl-inhawi fejn kien mahsub li kien qed jghodos Brignone. Aktar tard madwar mil u nofs ’il barra mix-xatt instab il-ballun li kien qed juza Brignone u mieghu qed jinghad li nstabu xi hut li kien digà qabad bil-harpoon. Minhabba li kien dalam it-tfittxija kellha tigi abbandunata li sa dak il-hin kienu ngabru diversi qraba u hbieb ta’ Carmel fosthom ibnu Romario.
It-tfittxija kompliet ilbierah mal-ewwel dawl tax-xemx u minkejja li t-tama li Carmel jinstab haj kienu ftit li xejn, xorta wahda b’kuragg kbir u mhabba martu u ibnu minn kmieni filghodu kienu digà fuq il-post jistennew. Fi tfittxija inghaqdu wkoll il-bughaddasa mit-Taqsima Marittima tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxijin mill-ufficjal John Gera. Flimkien ma’ dawk tal-FAM it-tfitxxija saret minn taht it-Torri sal-ponta Zonqor. Kien ghall-habta tal-11.10 a.m. meta l-kadavru ta’ Carmel Brignone nstab fil-qiegh madwar 100 metru ’l barra minn Zonqor Point f’fond ta’ madwar sitt metri. Huwa kien liebes il-maskla u l-harpoon kien hdejh. L-operazzjoni biex ittella’ l-kadavru minn qiegh-il bahar hadet aktar minn siegha li ttella’ fuq il-lanca Melita u minn hemm ittiehed lejn il-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben.
Meta l-kadavru kien ezaminat instab li kellu ferita gravi li x’aktarx ghandu ksur fl-iskutella fejn l-ewwel indikazzjonijiet juru li seta’ ntlaqat minn xi opra tal-bahar li baqghet sejra. Issa irid ikun stabbilit mill-awtopsja, li se ssir illum, jekk ir-ragel mietx kawza tad-daqqa jew hux minhabba d-daqqa huwa storda u ghereq.
F’din il-fatalià giet informata l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri.
Kull min kien jaf lil Carmel Brignone kien jghidlek li kien bniedem li kien kellu iffissazzjoni kbira fuq tliet affarijiet – il-familja, il-Kuncizzjoni ta’ Bormla u t-tim tal-Futbol tal-Brazil tant li semma lil ibnu Romario ghall-plajer leggendarju Braziljan. L-imhabba bejn Carmel u ibnu harget aktar bil-berah bil-messaggi li pogga Romario fuq il-pagni tal-Facebook tieghu.
L-ewwel messagg tat-tifel jghid hekk – “Ilbierah bhal sajjetta fil-bnazzi ircevejt l-ikrah ahbar ta’ hajti. Fejn kont nobsor li daqshekk rajtek Pa. Qabel mort toghds ghidtlu mohhok hemm u hekk ghamilt jien ghax hrigt ma’ shabi. Kif kont qed niehu gost nircievi l-ikrah ahbar ta’ hajti. ‘Mort toghds u ma gejtx lura’. Ma nafx fejn int avolja ma naqtax qalbi u nitlob il-Kuncizzjoni ghax jekk mhux qieghed maghna, int qieghed maghha li hdimt tul hajtek kollha biex tghix hdejha.
“Tul hajtek ilhaqt tajtni valuri u zammejtli bid-dixxiplina li issa rrid niehu hsieb ta’ ommi u tal-familja. Ahna ma nghixux ghal din il-hajja imma ghall-hajja ta’ wara u f’dan il-kaz int qed tgawdi l-Genna qabilna.
“Zgur li Bormla tibqa tiftakrekk. Grazzi lil kulhadd min ghinna specjalment lil qraba u shabi. Pa qatt mu ha ninsik u dak li ghallimtni u jekk ma niltaqawx fuq l-art niltaqaw fil-bahar xi darba zgur mhux forsi.
“Inhobbok Pa u hu hsiebi imqar biex nitla’ nixbhek f’kolllox. Hu hsiebi Pa. INHOBBOK”.
Aktar tard Romario kompla jaqsam qlub il-qarrejja ta’ Facebook meta rega’ pogga messagg li fih ried iwassal messagg lil shabu u liz-zghazagh kollha – “Ghadni kemm gejt mill-isptar. Missieri jinsab tajjeb hafna ghax qed jghix hajja ahjar minna. Qieghed hdejna Alla l-Missier u hdejn Ommu l-Kuncizzjoni. Vera kerha tbus lil missierek mejjet, imma telaqna biss mill-gisem. Ha jibqa’ ma’ kulhadd u rringrazzjaw l-Alla li ghandkom genituri ghax wara li titilfuwom tkunu tafu xi jfisser.
“Pa hu hsiebi u kulhadd. Inhobbok Pa. Niltaqaw fil-hajja ta’ dejjem”.
Ma naqsux il-mijiet ta’ messaggi ta’ kondoljanzi minghand il-hbieb ta’ Romario kif ukoll minghand hafna li kienu jafu lil missieru. Ilbierah il-Bormlizi tkellmu biss fuq Carmel Brignone u l-familja tieghu li minkejja li marru joqghodu Hal Tarxien, ghalihom ghadhom Bormlizi ta’ veru.
AGGORNAMENT – Miet b’daqqa ta’ skrun
Kif zvelajt illum fuq KRONAKA f’MALTA kif ukoll fuq il-gurnal l-orizzont, Carmel Brignone miet kawza ta’ daqqa ta’ opra tal-bahar.
Mill-awtopsja rrizulta li Brignone sofra daqqa gravi f’rasu kkawzata minn skrun ta’ xi dghajsa jew xi tip iehor ta’ opra tal-bahar. Fost dawn setghet kienet speed boat jew jet ski.
Il-Pulizija, immexxjin mill-Ispettur Robert Said Sarreo, tad-Distrett qed ikomplu jinvestigaw dan l-accident. F’dan l-istadju ma jista’ jigi eskluz xejn la li l-kaz seta’ kien ‘hit&run’ u lanqas li dak li kien qed jopera l-opra tal-bahar lanqas induna li kien laqat persuna.
Haga certa hija li Carmel Brignone kellu l-ballun fil-wicc li jindika li fil-vicinanzi hemm xi hadd qed jghodos u li kull min ikun qed jimmanuvra opra tal-bahar huwa obligat li jzomm distanza mill-ballun.
Ghalkemm s’issa l-Pulizija ghadha ma harget l-ebda talba ufficjali ghall-ghajnuna tal-pubbliku, minn hawn qed naghmel appell biex jekk xi hadd seta’ ra xi haga nhar il-Hadd li ghadda f’xi hin bejn id-9.30 a.m. u l-4.30 p.m., huwa mitlub jinforma lill-Pulizija.
Sadanittant Romario Brignone, iben Carmel, habbar fuq il-pagna tieghu fuq Facebook li l-funeral ta’ missieru se jsir ghada l-Erbgha, 8 ta’ Awwissu fit-8.30 a.m. fil-Knisja Parrokjali ta’ Bormla.
This entry was posted on Tuesday, August 7th, 2012 at 08:04 and is filed under Accident, Appell, Awtopsja, EOD, Esperti, FAM, Fatalita', Funeral, Ghaddas, Gharqa, Hit&Run, Inkjesta, Kadavru, Kamra mortwarja, Mewt, Patrol Boat, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tfittxija, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.