Jidher li z-zejt tiela’ f’wicc l-ilma
Dan l-artiklu m’ghandu x’jaqsam xejn mal-kronaka imma ma stajtx inhalli kollox ghaddej ghax din hija kwistjoni li laqtet lili personalment.
Meta ktibt artiklu fil-gurnal l-orizzont dwar l-Isqof ta’ Ghawdex Mario Grech li qed jaghmel hiltu kollha biex hu l-Ministru Giovanna Debono, Dun Mikiel Attard, isir Beatu malajr kemm jista’ jkun, fil-jiem ta’ wara kienu hargu jattakkawni b’mod personali kif ukoll lill-gurnal.
L-artiklu kien gie ppubblikat fl-1 ta’ Awwissu 2011. L-ewwel attakk sfrenat wasal minn hadd aktar mill-qassis politiku Fr Joe Borg. Kien attakk li wassal biex l-istess Isqof Grech ghamel libell lili u lill-gurnal. Kif thabbar l-Isqof ghamel libell, l-istess sacerdot rega’ infexx f’insulti u tghajjir li kulhadd jaf x’ghandu fl-istonku tieghu ghal min b’xi mod ghandu tendenzi Laburisti.
Biex ma ntawwalx hafna, inghatajna parir legali biex naghmlu apologija lill-Isqof Grech bi ftehim maz-zewg partijiet. Imma Fr Joe Borg hass li kellu jerga’ jinfexx fl-attakki u aggettivi. Kien hemm min ta kazu, ohrajn injorawh.
Imma ma’ Fr Joe Borg inghaqdu ohrajn fosthom kontirbutur fil-gazzetta Nazzjonalista il-Mument li kompla jattakkani fuq bazi personali fejn sahansitra spicca jaghmel xi mistoqsijiet banali u ghalaq l-artiklu tieghu billi qal li ovvja li John Pisani mhux se jirrispondi.
Imma ma kienx bizzejjed. Ghaliex jien u l-gurnal l-orizzont gejna taht attakk minn fuq l-istazzjon nazzjonali l-PBS fil-programm ta’ kmieni filghodu TVAM fejn wiehed mill-prezentaturi, li fuq kollox huwa wkoll kollega, qal li ahna
kellna “nilaqghu t-trab tal-art” ghax tlabna skuza lill-Isqof.
Imma z-zejt b’xi mod jew iehor jitla’ f’wicc l-ilma.
Ilbierah, il-Gimgha, 3 ta’ Awwissu l-Kurja ta’ Ghawdex, li titmexxa mill-Isqof Mario Grech hareg stqarrija. Din ixxandret fuq uhud mill-mezzi tax-xandir fosthom NET TV u maltarightnow.com. L-ewwel paragragfu tal-artiklu jghid hekk – ” Fl-okkazjoni tat-tmien anniversarju mill-mewt tas-sacerdot Ghawdxi Dun Mikiel Attard min-Nadur, l-Isqof ta’ Ghawdex Mario Grech qaddes quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu u matulha habbar li fil-futur qrib se jinfetah ufficjalment il-process djocesan tal-kawza tal-Beatifikazzjoni ta’ dan il-qassis mahbub”. Il-kumplament tar-rapport tistghu tarawh hawn (http://www.maltarightnow.com/Default.asp?module=news&t=a&aid=99839368&cid=101
Inghad ukoll li – “B’hekk issa tibda l-hidma biex tingabar ix-xhieda u l-evidenza kollha li, jekk ikun fiha elementi bizzejjed li jindikaw qdusija,biex titmexxa ‘l quddiem biex Dun Mikiel Attard jigi beatifikat.  Izda sabiex jiddikjara lil xi hadd beatu, il-Vatikan ikun jirrikjedi li mill-inqas ikun twettaq miraklu wiehed bl-intercessjoni tal-persuna nvoluta, f’dan il-kaz Dun Mikiel Attard”.
Is-sugu kollu tal-artiklu li kont ktibt jien kien fil-fatt dan. Li l-Isqof ta’ Ghawdex qed ihaffef il-kaz ta’ Dun Attard. Issa forsi jkun hawn min jixtieq jistaqsi lill-qassis politiku Fr Joe Borg hux xi gidba jew invenzjoni tieghi din. Ta’ min jistaqsi jekk dak l-artikolist tal-gazzetta il-Mument ghadux jistenna risposta minghandi jew min hareg jinsulenta fuq TVAM li “qed nilaq it-trab tal-art”, issa ghandix ragun?
Imma nhalli f’idejn il-qarrejja biex jiggudikaw.
This entry was posted on Saturday, August 4th, 2012 at 14:13 and is filed under Qorti. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
U jien nistaqsi – Fuq liema krtierju gie maghzul dan is-sacerdot? M’ghandi l-ebda dubju li dan il-qassis ma kellux kwalitajiet sbieh. Ma kienx hemm klerici ohra li kienu mahbuba mill-poplu?
John, “There was always a Guda round the corner” JIsta jkun li wara kollox m’huwiex kollega xejn imma specifikamenr laghqi ghax issa hekk jaqbel. Kompli sejjer dritt mhux bhall xi hadd li ghax ma rnexxilhusx jilhaq l-gheneb ghamel bhall Lupu u qal li huwa qares. Zomm f’mohhok it-talba “GOD PROTECT ME FROM MY FRIENDS, I CAN TAKE CARE OF MY ENEMIES”.
Proset John kif ghadt int iz zejt dejjem jitla f’wicc l-ilma