Tarbija fost grupp ta’ 86
Grupp ta’ 86 immigrant illegali, fosthom tarbija u tifla zghira, il-Gimgha kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta meta kienu madwar 30 mil nawtiku mill-gzejjer Maltin.
Kien l-ajruplan Islander tal-FAM l-ewwel ma intercetta d-dinghy li kienu fuqu l-immigranti fejn il-pilota irrapporta li kien hemm 66 raæel, 24 mara, tarbija u tifla zghira.
Ghaldaqstant fil-post indikat marret il-Patrol Boat P21 fejn sabu li l-immigranti kellhom bzonn l-assistenza u ghalhekk is-86 persuna, li qed jghidu li huma mis-Somalja, kienu trasferiti minn dinghy ghal fuq il-P21.
Kien ghall-habta tas-7.30 p.m. li P21 dahlet fil-Bazi Marrittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben. Kif tnizzlu l-art l-immigranti sabu tim mediku kif ukoll il-Pulizija jistennew.
Fost dawk li ttiehdu l-Isptar Mater Dei kien hemm it-tarbija biex ikun accertat li jinsabu f’kundizzjoni tajba.
B’hekk in-numru ta’ immigranti li dahlu Malta din is-sena issa tela’ ghal 1,151. Minn dawn hemm 852 ragel, 280 mara u 19 tfal.
This entry was posted on Saturday, August 4th, 2012 at 08:34 and is filed under Ambulanzi, Emergenza, FAM, Immigranti, Infermieri, Patrol Boat, Pulizija, Salvatagg, Sptar Mater Dei, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tarbija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.