Aktar Pulizija specjalizzati fil-marci tal-Festi
Kif digà rrapportajt, l-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, li hija meqjusa bhala wahda mill-iktar skwadri sensittivi, qed tispicca bil-membri taghha bl-uniformi fil-marci tal-festa u mhux fuq xoghol relatat mal-abbuz tad-droga.  Izda din mhix l-unika skwadra li ghaddejja minn dawn il-problemi. Sorsi qrib il-Kwartieri Generali tal-Pulizija qalulna li anke t-Taqsima tal-
Immigrazzjoni ghaddejja mill-istess problemi. Dan minhabba l-fatt li Pulizija minn din it-Taqsima, specjalment dawk stazzjonati fis-Seaport, kull tmiem il-gimgha qed ikunu wkoll ordnati ghall-festi fl-irhula. Dan ifisser li jkun hemm inqas Pulizija fis-Seaport.
Waslulna ilmenti wkoll li dawn il-Pulizija minhabba s-sigurtà , kull xahar ibiddlu l-kodici tat-timbru li bih jittimbraw il-passaporti. Biex jaghmlu dan ikunu jridu jirrapportaw fid-Depot tal-Pulizija u dan jaghmluh bil-karozza personali taghhom. Jidher li dan it-trattament huwa differenti mill-Pulizija li huma stazzjonati fl-ajruport u li wkoll huma membri tal-istess taqsima. Dan ghax minflok huma jirrapportaw fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, l-ufficjali jmorru huma bil-karozza tas-servizz fl-MIA biex ibiddlulhom il-kodici.
Karozzi uzati hazin
Bhalma l-Korp tal-Pulizija sab diffikultà biex juza fondi mill-UE biex jirranga l-bini ezistenti f’Ta’ Kandja fejn kienu jinzammu l-immigranti illegali ghax dawn il-flus inghataw ghal dan l-iskop u mhux ghall-Akkademja l-gdida, jidher li l-istess qed jigri fejn jidhlu whud mill-karozzi l-godda.
Is-sorsi taghna qalulna li meta f’Mejju li ghadda l-eks-Ministru tal-Intern, Carm Mifsud Bonnici, inawgura l-vetturi l-godda li gab il-Korp, kien qal li fost dawn hemm karozzi Ford Focus bojod li ngiebu permezz ta’ fondi mill-UE tal-Fruntieri Esterni fejn il-Korp tal-Pulizija nghata 80% tal-finanzi biex xtara 12-il karozza.
Suppost dawn il-karozzi jintuzaw ghall-iskop li nhargu l-flus u cioè ghas-sorveljanza, izda minflok qed jintuzaw ghal skorti ta’ persuni distinti. Qed ikun allegat li dawn il-vetturi ma jistghux jintuzaw ghall-iskorti ghax inkella l-fondi jkollhom jinghataw lura.Â
This entry was posted on Monday, August 6th, 2012 at 07:46 and is filed under Appell, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja, Servizz Sigriet. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Pulizija ma tistax tistampa kemm trid u jkollox ghal kullimkien. Jkun interessanti naraw x’ser tghid it-Task Force li habbar il-Prim Ministru waqt Jum il-Pulizija x’ser tghid fuq dan il-punt. Imma jekk fuq din it-Task Force ser jkun hemm l-istess nies allura ahjar ma jaghmel xejn ghax fejn konna nibqghu. Qed nghid hekk ghax jekk saret din it-Task Force sabiex jigu solvuti certi problemi ma jistax jkun li jkollok l-istess nies li setghu holqu dawn il-problemi huma stess.Il-prezenza tal-pulizija f’certi attivitajiet huwa necessarju u inevitabbli. Pero l-lum hemm il-gwardjani lokali li qed jghinu u dawn ghandhom wkoll jkollhom aktar sehem sabiex jigi kontrollat it-traffiku u inhallu lilhom jindukraw u anke l-impjagati ta Transport Malta. Jidher li ma hemmx min ghandu jdejh soda sabiex min jaghmel uzu minn dawn il-pulizija u ohrajn jhallas ghas servizz li jkunu qed jaghtu. Wasal iz-zmien li xi hadd jaghmel somma ta kemm qed tigi tiswa l-ispiza sabiex il-Korp u ohrajn jipprovdi ghalhekk matul il-festi. Jidher li anqas hemm rapport xjentifiku u analitiku ta kemm taghmel differenza jekk dawk l-puliizja stazzjoni f’branki partikolari jaghmlu effett fuq ix-xoghol ta dik il-branka meta jigu under staff. Punt wiehed u nieqaf hawn, ghaliex kull min huwa interessat li l festi Maltin jimxu maz-zminijiet tal-lum ma jsirx investiment fuq certi sistemmi li jigu ikkontrolti kemm manualment kif wkoll b’ mezzzi ohra sabiex certi toroq, specjalment dawk principlii traffic bollards. Pjan hollistiku sabiex certi arterji principali jkunu kkontroli ahjar. Imsomma ha naraw ir-rapport ta’ Task Force u imbghad naraw lil xi hadd iehor jhassar il-kitba tar-rapport specjalment jekk jkun miktub bil-lapes. Domine (humanus) Dirige Vos
Naqbel mieghek Martin Pace. Ma nafx pero meta ser issiru fir-realta dawn il-punti li semmejt inti. Dak hu li rrid jinbidel fil-korp u nnutli kemm indahlu pulizija kull sena ghax il-problemi dejjem hemm qed jibqghu!!!
Prosit Martin, pero wahda mill-fatti li dghajjfet il-Pulizija tad-Distrett kienet l-introduzzjoni tax-Shft presenti li qatt ma kien u qatt mhu ser ikun addattat specjalment ghall waqy l-Istagun tal-Festi u yaf bhali li na x’qieghed nghid, sahh.
Naqbel mas-Sur Mula li l-modd kif qieghed ix-xift ma tantx jghati lok li qiehed jista jirranga. Kurzita, dan it-task Force twaqqaf? Jekk iva min huma l-membri? Grazzi
mela kif irid ikun bhala shift sur mula? bhala ex ufficjal gholi li spiccajt fih mil korp tajjeb li taghti suggeriment kif ghandu jigi bhala shift ….. mhux qed nghid li kif qieghed tajjeb ta, ghax bla sahha ihallik ghax 3 ijiem ma tezistix tkun qieghed … pero tajjeb li naraw x jista isir biex forsi ikun hawn min hu capaci jajdilna kif ghandu ikun is-shift tal pulizija.
Day Night Rest off
Jien haga timeraviljani. kif meta il pulizija jkunu maghddsin fil h….., l-aministrazjoni hadd ma jaghti kas imbad ghax barrani jikteb f’gazzetta, f’inqas min erbgha u ghoxrin siegha jinbeda progett li normalment tajdx kemm irid ikun hemm files biex jigi approvat.
Qed nirreferi ghal kas tal ghassa tal imsida. Mela sewwa jghajdu li ‘The pen is mightier than the sword.’ Nisperaw li dan ix xoghol ma jkunx ta kaf kaf.
Kull membru fil-Korp tal-Pulizija jista jigi ddettaljat kif mehtieg. M’hemm xejn hazin li membri tat-taqsima kontra l-vizzju d-droga jew taqsimiet ohra jigu ordnati ghall xi marc ta’ festa jew xi ordnar fid-distrett. Wara kollox din ghalihom ghandha tkun tahrig, ghax jekk x hadd min dawn il-membri jigi trasferit f’xi distrett, ma jkun jaf jaghmel xejn hlief ifittex id-droga. Ghalhekk hu importanti li l-membri jkunu jafu jaghmlu kwazi kollox fil-Korp u mhux biss, specjalizzati w jippretendu li ma jaghmlu xejn aktar. Din hi wahda mill problemi li hemm fil-Korp fejn certa membri jhossuhom importanti w ‘untouchable’ u jaraw lill kollega taghhom dubbien.
Spiru – sfortunatament dejjem hekk l-istorja. Jikteb xi hadd fil-gazzetta u nqumu mir-raqda. Hasra ghax suppost hemm pjan li jara li l-Korp jimxi l-quddiem, b’vizzjoni cara ghal kulhadd u fl-interess tal-poplu Malta. Imma xejn proattiv.. dejjem we react ghas-sitwazzjonijiet li jigu ghal ghajn il-media. Ghalhekk importanti pagni bhal dawn. Hija hasra ghax il-korp huwa mimli nies twajba, li jaghmlu hafna minn dak suppost mistenni minnhom. Vera hemm bzonn ta bidla fil-mentalita, kwalita u metodi ta kif nahdmu. Il-kbarat li ghandna ninzalhom l-kappell ghax kienu tajbin fi zmienhom fil kariga li kellhom imma nahseb li hemm bzonn nifs gdid. Grazzi
Sur Cop Jekk inti veru Cop jew ex Cop. M”Huwiex it-trend tieghi li nirrispondi lil min jibza juri ismu u gha informazzjoni tieghek dak li kelli xi nghid dwar dan ix-shift ghidtu anke bil-miktub. Issa sta ghalik jekk ghadek Cop li taqdef siehbi, jien ,rys lorm ghadni nservi ghamilt aktar minn bizzejjed biex ngholli l-Status tas-Subalterni tieghi, int x’ghamilt?