Sewwieq ta’ mutur isofri griehi gravi
Luca Falzon ta’ 23 sena mill-Mosta sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’accident tat-traffiku qrib il-Freeport f’Birzebbuga.
L-accident sehh il-Hamis ghall-habta tal-3.55 p.m. fi Triq Hal Far meta Falzon kien ghadu kif spicca minn gurnata xoghol fil-Freeport. Dak il-hin iz-zaghzugh Mosti kien qed isuq mutur ‘Gilera Runner’ fid-direzzjoni ta’ Hal Far meta fl-istess hin karozza Maruti misjuqa minn ragel ta’ 53 sena miz-Zejtun kienet gejja mid-direzzjoni opposta.
Mal-habta l-mutur kif ukoll il-karozza garbu hsarat estensivi b’Falzon jispicca jiehu tisbita fuq il-Maruti kif ukoll fl-art. Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett u dawk mit-Taqsima tat-Traffiku li talbu l-assistenza ta’ tim mediku.
Ghaldaqstant intbghatet ambulanza b’infermier li hadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi kawza ta’ xi ksur izda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Min-naha l-ohra r-ragel miz-Zejtun ma sofra l-ebda griehi.
Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident.
This entry was posted on Friday, August 3rd, 2012 at 08:02 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, mutur, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.