Disa’ persuni jiddahhlu l-isptar
Ilbierah, l-Erbgha, kienet gurnata mimlija accidenti tat-traffiku fejn fi spazju ta’ madwar 11-il siegha sehhew hames accidenti tat-traffiku u disa’ persuni ddahhlu l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika.
X’aktarx li l-aktar accident serju sehh ghall-habta tal-4.20 p.m. fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug meta mara ta’ 65 sena mill-Ingilterra u residenti Birzebbuga tilfet il-kontroll ta’ karozza Toyota Vitz meta kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Hal Qormi b’konsegwenza li baqghet diehla f’arblu tad-dawl li hemm mal-genb tat-triq. Fl-istess karozza kien hemm ir-ragel tal-mara, 67 sena wkoll Ingliz u mara ta’ 40 sena kollha residenti Birzebbuga.
Fuq il-post issejhu zewg ambulanzi bl-infermieri li hadu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei fejn instab li l-mara ta’ 40 sena sofriet griehi gravi izda mhix fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-koppja anzjana sofrew griehi hfief.
Peress li l-bypass kellha tinghalaq ghat-traffiku, ghal xi hin inholqot kongestjoni tat-traffiku tant li kien hemm karozzi mwahlin sat-telgha tas-Saqqajja fir-Rabat. Ghaldaqstant marru fuq il-post il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku biex jassistu filwaqt li s-Surgent Alfredo Mangion tad-Distrett hejja rapport tal-accident.
Sa wara l-10.30 p.m., aktar minn sitt sieghat wara, it-triq fid-direzzjoni lejn Haz-Zebbug kienet ghadha maghluqa
ghat-traffiku minhabba li mill-Isptar Mater Dei ma kienx hemm risposta dwar il-kundizzjoni tal-koppja anzjana.
Sadanittant kmieni filghodu ghall-habta tas-7.20 a.m. ghal darb’ohra xarabank tal-Arriva kienet involuta f’accident iehor tat-traffiku fejn ix-xufier sofra griehi hfief filwaqt li passiggiera korriet gravi. Dan l-accident sehh fi Triq il-Belt Valletta, f’H’Attard meta x-xufier tal-Arriva, ragel ta’ 43 sena mill-Imsida tilef il-kontroll tax-xarabank tat tip BMC u baqa’ diehel fil-hajt tac-cimiterju.
Filwaqt li x-xufier sofra griehi hfif, passiggiera, mara ta’ 48 sena mill-Pakistan, izda residenti l-Imsida wkoll, giet iccertifikata li qeghda ssofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.
Ghall-habta tal-5.00 p.m. fi Triq Valletta fl-Imqabba sehhet habta ‘head-on’ bejn karozza Fiesta misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena minn Hal Tarxien u Tata Indica misjuqa minn ragel ta’ 52 sena minn Hal Safi li mieghu kellu zaghzugh ta’ 21 sena mill-Marsa. It-tliet persuni ttiehdu l-Mater Dei b’ambulanza fejn komplew jinghataw il-kura mehtiega.
Madwar siegha wara l-Pulizija marru jinvestigaw accident fi Triq Hal Far qrib il-Laboratorju tal-Paci meta karozza Toyota Vitz ta’ skola tas-sewqan li dak il-hin kienet misjuqa minn zaghzugh ta’ 19-il sena minn Birzebbuga meta tilef
il-kontroll habat f’arblu tad-dawl. Fil-karozza kien hemm tfajla ta’ 22 sena miz-Zurrieq li kienet fuq wara kif ukoll l-instructor, ragel ta’ 28 sena minn Birkirkara. Kienet biss it-tfajla li kellha bzonn il-kura medika li ttiehdet l-isptar b’ambulanza.
Aktar kmieni filghodu, ghall-habta tal-10.35 a.m., sehh accident fi Triq is-Salib tal-Marsa li b’xorti tajba hadd ma wegga gravi. Anzjan ta’ 69 sena mill-Fgura sofra ftit grif f’riglejh it-tnejn meta ntalqat minn karozza u waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq. L-anzjan kien qed isuq mutur Honda meta minn triq sekondarja harget karozza Toyota Starlet misjuqa minn ragel ta’ 36 sena minn Rahal Gdid li laqat il-mutur. Mad-daqqa l-anzjan twaqqa’ minn fuq il-mutur u sofra griehi hfief f’saqajh it-tnejn.
This entry was posted on Thursday, August 2nd, 2012 at 08:28 and is filed under Accident, Ambulanzi, Arriva, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
ftemp ta gimgha habtu xi 4 min dal mudell ta karozza.jista jkun ghandu xjaqsam ma dak id difett li kienu ghamlu recall minhabba fih il kumpanija Toyota xi ftit taz zmien ilu?????nixtieq fejqan ta malajr lil min hu involut u prosit u grazzi lil haddiema ta lsptar ,puluzija u cpd