WARD GHAT-TFAJLA LI MIETET FIL-FJUR TA’ HAJJITHA
Ward ahmar, abjad u isfar spikka lbierah qalb haxix hazin u weraq fil-post fejn instab il-kadavru ta’ Polina Rahman, it-tfajla Russa ta’ 17-il sena. Dawn tpoggew minn Mizanur Rahman, mill-Bangladesh, u martu Nadezhda mir-Russja, il-genituri tat-tfajla kif irrapportajt l-Erbgha.
Il-genituri ghadhom ma jistghux jemmnu li Polina, l-unika tifla li kellhom, spiccat mejta f’Wied Harq Hamiem fil-parti privata li hija propjetà ta’ Villa Roza. Il-missier baqa’ jsostni li bintu ma mitietx b’mod accidentali u jemmen li Polina nqatlet.
Sorsi li tkellmu maghna qalulna li bejn it-Tnejn u t-Tlieta, Mizanur ghamel sighat twal qrib il-post tat-tragedja. Meta nhar l-Erbgha nghataw il-permess biex jidhlu fil-post biex ipoggu l-fjuri fil-post fejn instabet binthom, il-missier sahansitra anke beda juri lill-Pulizija u persuni ohrajn li akkumpanjahom, kif bintu qatt ma setghet spiccat hemm. Jidher li Mizanur Rahman anke beda jitgerbeb biex jipprova kif li kieku Polina waqghet minn dak l-gholi ma kinitx tinstab hemmhekk imma aktar ’l isfel.
Min-naha tal-Pulizija, il-kaz huwa kwazi maghluq u jinsabu konvinti li ma kienx hemm terzi persuni involuti u li Polina Rahman waqghet ghal isfel b’mod accidentali.
Mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru rrizulta li Polina Rahman mietet kawza ta’ ferita gravi f’rasha kompatibbli mal-waqa’ mill-gholi.
This entry was posted on Thursday, August 2nd, 2012 at 07:39 and is filed under Accident, Awtopsja, Fatalita', Kadavru, Mewt, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Rabja, tragedji, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Lanqas biss nista nimmagina l-ugih f’qalb dawn il-genituri.
Such a sad story,only God and prayer can help these people,please let us all readers of “Kronaka F’Malta”say a prayer for this couple
Perhaps the police should try to reconstruct the accident to satisfy the parents so as to avoid closing a case which might not necessarily have been an accident.
If the parents have doubts then so should the police and any doubts need to be cleared because unless this is done the parents will not have closure!