Il-missier mhux konvint li huwa kaz accidentali
Mizanur Rahman, missier Polina Rahman it-tfajla li nstabet mejta taht sigar u haxix f’Wied Harq Hamiem qrib il-Villa Roza f’San Giljan, mhux konvint li l-kaz ta’ bintu huwa wiehed accidentali u jemmen li hemm xi hadd involut. Kif kien mistenni r-rizultati tad-DNA ikkonfermaw li l-kadavru tat-tfajla li nstab nhar it-Tlieta, 24 ta’ Lulju fil-wied hdejn il-Villa Roza f’San Giljan huwa dak ta’ Polina Rahman ta’ 17-il sena mir-Russja.
Sorsi qrib il-familja tal-vittma qalu lil KRONAKA f’MALTA li Mizanur Rahman, li huwa negozjant mill-Bangladesh, mhux konvint li bintu mietet b’mod accidentali u jemmen li kien hemm xi hadd maghha qabel ma hi spiccat mejta fil-wied. Min-naha l-ohra l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin u s-sorsi taghna qalulna li s’issa kollox qed jindika li ghall-Pulizija dan huwa kaz accidentali fejn it-tfajla waqghet mil-livel tat-triq u sofriet ksur fl-iskudella ta’ rasha li kkawzatilha l-mewt.
L-investigaturi ghadhom qed jistennew ir-rizultati tossikologici biex ikun maghruf jekk fil-fatt Polina kinitx taht l-influwenza tal-alkohol u jekk kienet x’livell ta’ alkohol kellha qabel ma waqghet minn gholi ta’ madwar tliet sulari.
Kif waslu r-rizultati tad-DNA li kkonfermaw li l-kadavru huwa dak ta’ Polina Rahman, il-Magistrat Inkwerenti Dr Tonio Micallef Trigona, awtorizza lill-Pulizija jghaddu l-kadavru lill-genituri tat-tfajla biex dawn ikunu jistghu ihejju biex jiehdu l-kadavru ghad-difna.
Wara li l-ahbar inghatat lil genituri, Mizanur Rahman u martu Nadezhda mir-Russja, mill-ewwel bdew bl-arrangamenti permezz tal-Ambaxxata Russa f’Malta biex il-kadavru jittiehed ir-Russja biex tinghata l-ahhar tislima.
It-Tlieta waranofsinhar il-genituri marru fuq il-post fejn instab il-kadavru ta’ binthom fejn poggew bukkett fjuri u anke ghamlu ftit minuti x’aktarx jitolbu. Polina kienet l-unika tifla tal-koppja Rahman li mistennija jhallu Malta llum, l-Erbgha, biex jippreparaw halli aktar tard din il-gimgha jmorru l-Ajruport ta’ Moska jistennew lil binthom tirritorna. Suppost ftit jiem qabel Polina kellha tirritorna d-dar mimlija sahha wara gimghatejn ta’ studju hawn Malta. Izda d-destin ried mod iehor u Mizunar u Nadezhda se jigbru lil binthom f’tebut.
Il-kadavru ta’ Polina Rahman instab ghall-habta tas-5.50 p.m. qalb sigar u haxix. Hija nstabet wiccha ’l isfel. Dakinhar li naqset hija kienet Paceville ma’ zghazagh ohrajn, fosthom tfajla ohra Russa li hija habiba tal-vittma. Din it-tfajla telqet minn Malta jumejn wara li Polina giet irrapportata nieqsa minflok ma’ baqghet hawn biex tkompli l-lezzjonijiet tal-Ingliz u qabel ma tkellmet mal-Pulizija. Huwa mifhum li l-investigaturi qieghdin jaraw il-proceduri legali biex ikunu jistghu jkellmu lit-tfajla.
Dan il-kaz qajjem diskussjoni l-aktar fejn tidhol ir-responsabbiltà ta’ studenti taht l-età bhalma kienet Rahman. Il-mistoqsija hi min huwa responsabbli li dawn iz-zghazagh taht l-età , l-iskejjel li ggibhom Malta u li qed jaghmlu negozju jew il-familja li tospithom li wkoll jithallsu talli jzommuhom?
This entry was posted on Wednesday, August 1st, 2012 at 07:36 and is filed under Accident, Alkohol, Appell, Awtopsja, Fatalita', Funeral, Inkjesta, Kadavru, Mewt, Neqsin/Missing, Persuni nieqsin, Pulizija, Sejba, Tfittxija, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.