Anzjan imut 19-il gurnata wara li ntlaqat minn karozza
Saviour Cilia ta’ 80 sena minn Birzebbuga tilef il-battalja kontra l-mewt meta nhar is-Sibt li ghadda miet fl-Isptar Mater Dei kawza tal-griehi gravi li sofra meta ntlaqat minn karozza f’Birzebbuga stess.
L-accident sehh nhar it-Tnejn, 9 ta’ Lulju ghall-habta tal-10.20 p.m. fi Triq il-Bajja s-Sabiha f’Birzebbuga. Dak il-hin Cilia kien qed jaqsam it-triq meta ntlaqat minn karozza BMW misjuqa minn zaghzugh ta’ 25 sena minn Hal Ghaxaq.
Meta l-anzjan iddahhal l-Isptar Mater Dei ghall-ewwel kien iccertifikat li kien qed isofri minn griehi gravi izda aktar tard matul illejl qaleb ghall-aghar u ddahhal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fil-periklu tal-mewt.
Kien nhar is-Sibt, 19-il gurnata wara li miet kawza tal-griehi li sofra. Saviour Cilia huwa r-raba vittma li tilef hajtu din is-sena kawza ta’ accident tat-traffiku. L-ohrajn sehhew fis-16 ta’ Jannar meta Steven Micallef ta’ 23 sena mir-Rabat habat b’karozza Toyota Vitz f’sigra fi Triq l-Imdina f’Attard. Fid-9 ta’ Mejju mietet Anna Vassallo ta’ 47 sena miz-Zebbiegh, limiti tal-Mgarr meta habtet ‘head on’ ma trakk fi Triq l-Imgarr u fis-16 ta‘ Gunju Tony Grixti ta’ 60 sena minn San Giljan li kien qed isuq quadbike fi Triq Sant’Andrija f’St Andrew, safa mtajjar minn karozza misjuqa minn John West ta’ 39 sena, Ingliz residenti San Pawl il-Bahar.
This entry was posted on Tuesday, July 31st, 2012 at 07:32 and is filed under Accident, Anzjani, Emergenza, Fatalita', Infermieri, Korriment, Mewt, Pulizija, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.