Fost l-akkuzati hemm zaghzugh li sawwat lil nanntu
Erba’ kazi quddiem fil-Qorti fejn zaghzugh aggredixxa lil nanntu, glieda b’mus fuq argument min imissu l-ewwel jindifen fil-qabar tal-familja, Libjan bi 28 akkuza fosthom li hedded u aggredixxa membri tal-Korp tal-Pulizija u Nigerjan mixli li kellu pjanta tal-Cannabis.
Jinzamm il-Habs wara li sawwat lil nanntu
Nigel Zammit ta’ 24 sena mill-Furjana baqa’ jinzamm taht arrest preventtiv wara li tressaq il-Qorti mixli li aggredixxa lil nanntu. Il-kaz sehh nhar il-Hadd li ghadda fil-Furjana stess.
L-Ispettur Kylie Borg mill-Ghassa tal-Belt akkuzat lil Zammit li nhar il-Hadd ghall-habta tal-5.00 a.m. aggredixxa lil nanntu ta’ 72 sena u kkawzalha feriti gravi. Huwa gie mixli wkoll li wettaq dan ir-reat meta ghadu jservi sentenza sospiza u li sar recediv.
Iz-zaghzugh, li deher ghalih l-Avukat tal-Ghajnuna Legali Cedric Mifsud, wiegeb li mhux hati u talab biex jinghata l-libertà provizorja. Il-Magistrat Dr Miriam Hayman cahdet it-talba tal-akkuzat u ordnat biex Zammit jittiehed il-Habs ta’ Kordin taht arrest preventiv.
Argument dwar min imissu jindifen fil-qabar tal-familja
Emanuel Salerno ta’ 54 sena wiegeb li mhux hati bil-feriment ta’ Joseph Borg, li sofra griehi gravi f’wiccu u f’ghonqu waqt argument dwar il-qabar tal-familja, ammetta mal-Espert Forensiku Mario Scerri li kien hu (Salerno) li ta d-daqqiet b’mus.
L-argument beda meta z-zewgt irgiel kienu qed jiddiskutu min kien imissu li jindifen fil-qabar tal-familja li ghandhom fic-Cimiterju ta’ Santa Maria Addolorata f’Rahal Gdid. Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Salerno, Dr Scerri qal li l-akkuzat kien ammetta mieghu li kien aggredixxa lil Borg f’mus zghir tal-istess Borg. Il-vittma sofra griehi f’ghonqu, widnejh u idu filwaqt li Salerno kellu feriti f’idu kkawzati meta ddefenda ruhu.
Is-Sirologista Marisa Cassar xehdet li kien hemm hafna demm fuq il-hwejjeg ta’ Borg, fil-karozza tieghu u fuq xugaman li kellu. Imma d-demm fuq il-mus ma kienx ta’ Joseph Borg.
Xhud iehor, Mario Caruana, qal li huwa habib taz-zewgt irgiel u jiftakar li kien tkellem ma’ Salerno dakinhar tal-accident. Caruana qal li ghalkemm Salerno beda jidghi, ma jiftakarx jekk kienx irrabjat jew le.
Libjan mixli bi 28 akkuza fosthom vjolenza fuq Pulizija
Yousri W. Agouri ta’ 33 sena mil-Libja u residenti l-Fgura, tressaq quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman mixli bi 28 akkuza, fosthom li attakka u ghamel rezistenza bi vjolenza fil-konfront ta’ numru ta’ ufficjali tal-Pulizija u akkuzi relatati mas-sewqan.
L-Ispettur Gabriel Micallef ressaq lil Agouri u akkuzah li fit-28 ta’ Lulju li ghadda fi Triq is-Sajjieda f’San Pawl il-Bahar saq karozza Seat Marbella b‘mod perikoluz u traskurat. Il-Libjan gie akkuzat ukoll li ghamel hsara lil karozza ohra minhabba l-mod traskurat li kien qed isuq.
Fost it-28 akkuza hemm li naqas li jaghti l-partikolaritajiet tieghu lill-Pulizija u meta kien fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Qawra attakka bi vjolenza lill-Kuntistabbli Nathan Cini u kkagunalu feriti ta’ natura hafifa. Hedded lis-Surgent Roden Ghirxi u lill-Kuntislabbi Josmar Muscat. Huwa jinsab akkuzat ukoll li meta kien l-Isptar Mater Dei biex jinghata l-kura, attakka u wera rezistenza bi vjolenza lill-Kuntistabbli Joseph Mamo u kkagunalu griehi hfief u li hebb u ingurja infermiera.
Agouri kien akkuzat ukoll li ma obdiex ordnijiet tal-Pulizija u li kiser il-paci.
L-akkuzat wiegeb li mhux hati izda ma nghatax il-helsien mill-arrest u baqa’ jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin. Il-Libjan kien assistit mill-Avukat Joe Brincat.
Nigerjan jammetti li kellu d-droga Cannabis
Ghalkemm Nigerjan ammetta mill-ewwel li kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis jew bicca minnha, il-Magistrat Dr Miriam Hayman halliet is-sentenza ghal data ohra biex tikkonferma jekk l-akkuzat ghandux problema tad-droga u sakemm titla’ tixhed martu biex ikun konfermat jekk ghandux rabta ma’ Malta.
Saheen Olowoshile ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Bahar kien akkuzat mill-Ispettur Nikolai Sant li fid-29 ta’ Lulju 2012 kellu fil-pussess tieghu l-pjanta Cannabis.
Il-Qorti ordnat li sakemm tinhareg is-sentenza, l-akkuzat jibqa’ jinzamm fil-Habs ta’ Kordin. Huwa kellu jassistih l-Avukat Cedric Mifsud mill-Ghajuna Legali.
This entry was posted on Tuesday, July 31st, 2012 at 07:31 and is filed under Accident, Aggressjoni, Anzjani, Armi, Arrestat, Feriment, Ghassa tal-Pulizija, Habs ta' Kordin, Immigranti, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Rabja, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.