Il-Pulizija mhux mistiednin biex jiehdu sehem
Dizgwid bejn dak li jidher inqala s-sena l-ohra waqt il-Military Tattoo, wassal biex l-organizzaturi din is-sena ma stiednux lill-Banda tal-Pulizija u lill-Precision Drill Team tal-Korp tal-Pulizija. Din id-decizjoni holqot rabja u dizappunt fil-Korp tal-Pulizija, il-qraba taghhom u dawk li ghal dawn l-ahhar tmin snin attendew ghal din l-attività li dejjem tpaxxew bil-wirja li taw.
Mistoqsi minn KRONAKA f’MALTA kif fil-lista tal-partecipanti m’hemmx il-Banda tal-Pulizija u l-Precison Drill Team tal-Pulizija, Alfred Busietta, l-organizzatur, qalilna li l-Pulizija ma gewx mistiednin ghall-Military Tattoo ta’ din is-sena li se jsir fit-13 u 14 ta’ Ottubru f’Ta’ Qali. Mistoqsi wkoll jekk dan jirrizultax minn dizgwid li nqala’ s-sena l-ohra bejn il-Banda tal-Pulizija u dik tal-Forzi Armati ta’ Malta, Busietta ma cahadx imma ma xtaqx jikkummenta.
Sorsi li tkellmu maghna qalulna li barra li z-zewg baned, dik tal-Pulizija u dik tal-Armata, jaghtu wirjiet individwali, jdoqqu wkoll flimkien. Ghaldaqstant iz-zewg surmastri jaghtu l-muzika lil xulxin kif ukoll l-istess surmastri jalternaw biex jidderiegu z-zewg baned. Bhala l-banda militari dik tal-FAM dejjem daqqet l-ahhar wahda u generalment ikollha bicca muzika li tilhaq il-quccata u wara jindaqq l-Innu Malti miz-zewg baned flimkien.
Is-sorsi taghna qalulna li s-sena l-ohra l-Pulizija pprezentaw numru li kien meqjus bhala wiehed tajjeb hafna u l-organizzaturi kienu tal-opinjoni li l-attività ma kinitx se tilhaq il-quccata taghha ghax wara l-Pulizija kienu se jdoqqu l-FAM. Meta kien issuggerit li l-programm jinghalaq mill-Pulizija minflok l-Armata, dan ma giex accettat mill-organizzaturi. Gie allegat li l-FAM ma kienux taw il-muzika kollha taghhom lill-Pulizija u dan kompla gharraq is-sitwazzjoni.
Kull min kien prezenti ghall-programm tas-sena l-ohra seta’ jinnota li meta z-zewg baned kienu se jdoqqu flimkien, il-Pulizija nizlu l-istrumenti l-kbar fl-art. Jidher li din il-mossa giet interpretata bhala protesta. Izda meta gew biex idoqqu l-Innu Malti ma kien hemm l-ebda problema u dan indaqq miz-zewg baned kif kien ipprogrammat.
Dan is-sit ellettroniku tkellem ma’ persuna intiza sew fit-Tattoos Militari tant li attenda ghal diversi f’pajjizi ohrajn. Meta wrejnieh il-lista tal-partecipanti, huwa stqarr maghna li mil-lista li hemm ghal din is-sena ma tantx jidher li dan jista’ jissejjah “Military Tattoo” ghax ftit li xejn hemm partecipanti li huma militari.
Il-lista ta’ partecipanti ghal din is-sena huma Cornwall Air Training Cadet Force Corps of Drums mir-Renju Unit, Pryde of East Lothian Pipes and Drums mill-Iskozja, Scottish Highland Dancers ukoll mill-Iskozja, Spordiklubi Rullest (Roller Skating Team) mill-Estonia, Gruppo Sbandieratori delle Contrade di Cori mill-Italja u l-Orkiestra OSP Nadarzyn mill-Polonja.
Il-partecipanti Maltin huma l-Wallace Pipes and Drums, Zurrieq Scouts Pipes and Drums, Marsa Scouts Pipes and Drums u Marsa Scouts Corps of Drums u l-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
This entry was posted on Monday, July 30th, 2012 at 07:46 and is filed under FAM, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Hasra, Jiena zgur li in-nuqqas kemm tal-Banda u wkoll tal-precision Drill Team tal-Pulizija ser jinhassu sewwa, ghax huma ta’ Klassi Mondjali. Minghajr ma nonqos lill-hadd, f’Malta zgur li m’ghandhomx eqial, ghax fi Klassi Ghalihom, fuq kulhadd!
sur mula nahseb ghejra d”b… hemm ghal korp u xejn iktar.
Its pay back time. I am morally convinced that this is the bite of a skunk, who likes uniform especially with blue eyes. Attenti ghax mas-saqajn jkun.
Qieghed inxomm xi haga tinten f’din l-istorja. Nistenna stqarrija kemm mill-organizzaturi kif ukoll mill-korp u mill-armata !! Il-poplu ghandu kull dritt ikun jaf .
ghalija hi ftit tal-misthija! fejn suppost nies professjonali fuq xoghlom ta kuljum u dixxiplinati, jinqala disgwid fejn f’dan il kaz ha jsofri l-pubbliku ingenerali. Ma nafx ghaliex jien mghandix tattendi l-banda tal-pulizija fuq xi haga li forsi grat fil passat fuq military tattoos jew inkella fuq livell professjonali ta’ xoghol! fuq livelli ta servizz il-pika sabiha ghax tohrog il 100% tal performance u jkun hemm challenge. jien miniex dilettant tal-baned imma fejn jidhol servizz din hija xihaga inacettabbli! nispera li l programm jinbidel ghax inhoss li l-armata ma tiflahx ghal kritika bhal din u jkunu spoil sport!
isthu sinjuri jekk tafhu kif? dejjem jaraw kif ha jitfaw it-tajn lejn nies li jilbsu l-uniformi… u dan qed nghidu ghal-organizzaturi, il-pubbliku jistenna twegibha u mil-aktar fis…. ta min tibbojkottja din il-military tattoo dis-sena
this year’s edition will be a farce… Anqas jixirqilhom l AFM jiehdu sehem f’din l edizzjoni!!!!
Gruppo Sbandieratori delle Contrade di Cori mill-Italja
Spordiklubi Rullest (Roller Skating Team)
Scottish Highland Dancers ukoll mill-Iskozja
l-Orkiestra OSP Nadarzyn mill-Polonja.
Lol….
Busietta!!!! That’s Military?????