Il-vittma jaf sew lill-aggressur
Ragel ta’ 33 sena mis-Somalja, li nhar il-Gimgha sofra griehi gravi f’zaqqu meta qala’ daqqa ta’ sikkina waqt argument li kellu ma’ immigrant iehor, jaf sew lill-aggressur tieghu. Ghalkemm il-qaghda tieghu hija wahda stabbli xorta wahda ghadu fil-periklu tal-mewt.
Il-kaz sehh ghall-habta tas-7.00 p.m. fil-Gnien 6 ta’ Awwissu fil-Marsa. Il-vittma, li ghandu Karta tal-Identità Maltija u residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa, qal li r-ragel li kellu argument mieghu jghix fil-Villagg tal-Kampijiet f’Hal Safi. Mhux maghruf x’informazzjoni ghadda lill-Pulizija u jekk kinitx bizzejjed biex tarressta lil xi hadd.
Wara li safa ferut il-vittma mexa distanza konsiderevoli fejn baqa’ sejjer lejn l-Ghassa tal-Pulizija. Kien hawn li huwa nizel mal-art fejn hargu jaghtuh l-ewwel ghajnuna l-Kuntistabbli Paul Vella Cassia, Spiridione Camilleri u Thomas Dimech li kif hargu mill-Ghassa raw lill-immigrant izommu zaqqu u nstema’ jghid li kien qala’ daqqa ta’ sikkina. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lill-immigrant l-Isptar Mater Dei fejn iddahhal fit-Taqsima tal-Emergenza u beda jinghata l-kura mehtiega. Izda minhabba li l-ferita hija gravi huwa ttiehed fis-sala tal-operazzjonijiet u gie operat minnufih. Kawza ta’ ferita huwa gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-inhawi fejn sehh il-feriment kif ukoll fejn instabu tracci tad-demm gew iccirkondati bil-’police tape’ biex tkun priservata kull tracca tar-reat. Issejhu wkoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat li ffotografaw l-inhawi izda ftit li xejn sabu x’jelevaw bhala evidenza.
L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia flimkien mas-Surgent Suzanne Mifsud tad-Distrett u l-Ispettur Carlos Cordina mid-DIK.
This entry was posted on Sunday, July 29th, 2012 at 09:15 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Armi, Attentat, Emergenza, Feriment, Ghassa tal-Pulizija, Imfittex, Immigranti, Infermieri, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tfittxija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.