Mill-ewwel tas-sena nharqu 25 karozza
Minn Jannar ta’ din is-sena sat-Tnejn, 23 ta’ Lulju, gew irrapportati xejn inqas minn 25 karozza li nqerdu min-nirien. Mhux maghruf kemm minn dawn kienu accidentali jew att vandalu ghalkemm il-Pulizija qed tinvestiga kull kaz.
L-ahhar kaz sehh it-Tnejn ghall-habta tas-2.30 a.m. fi Triq il-Bajja tas-Salini, fin-Naxxar. Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu karozza Toyota Corsa li kienet hadet in-nar.
Fuq il-post issejhu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien. Bil-kaz giet informata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Marsanne Farrugia li ordnat inkjesta.
Dan il-kaz huwa l-25 wiehed din is-sena bl-ewwel wiehed sehh fit-8 ta’ Jannar fil-Marsa meta garbu hsarat estensivi zewg karozzi. Il-kazijiet l-ohrajn sehhew f’Isla (18/1), Imsida (23/1), Haz-Zebbug (4/2), Naxxar (9/3), Haz-Zebbug (12/4), San Pawl il-Bahar (25/4), Haz-Zebbug (3/5), Wied il-Ghajn (16/5), Gzira (17/5), Naxxar – zewg karozzi (23/5), Hal Qormi – zewg karozzi (29/5), Ta’ Xbiex (17/6), Hal-Qormi – zewg karozzi (17/6), Gudja – tliet karozzi (23/6), Valletta (13/7), Rahal Gdid (15/7) u Birkirkara (21/7).
This entry was posted on Tuesday, July 24th, 2012 at 07:04 and is filed under Accident, Hruq, Inkjesta, Nirien, Protezzjoni Civili, Pulizija, Vandalizmu. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.