Jinqaleb ‘ready mix’ fuq bankina u cint
Sewwieq ta’ ‘ready mix’ sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt meta t-trakk li kien qed isuq inqaleb fuq il-genb u spicca fuq bankina u cint.
B’xorti tajba it-Tnejn ghall-habta tal-12.15 p.m. ma kien ghaddej hadd bil-mixi minn fuq il-bankina fi Triq l-Industrija f’Hal Kirkop. Dak il-hin ragel ta’ 55 sena minn Rahal Gdid, impjegat ma’ Polidano Group, kien ghadu kif ghaddha minn quddiem il-fabbrika ta’ ST MicroElectronics u kif wasal qrib ir-rawndebawt li taghti ghall-Imqabba t-trakk miel lejn ix-xellug u nqaleb fuq il-genb fejn spicca jistrieh fuq cint.
Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lir-ragel l-Isptar Mater Dei fejn iddahhal fid-Dipartiment tal-Emergenza u nghata l-kura medika ghall-griehi li sofra. Kollegi tieghu li kienu fuq il-post tal-accident qalu lil KRONAKA f’MALTA li s-sewwieq hareg wahdu mit-trakk.
Kemm ic-cint kif ukoll it-trakk garbu hsarat estensivi. Rappor tal-accident thejja mis-Surgent Erica Abela tad-Distrett.
This entry was posted on Tuesday, July 24th, 2012 at 07:05 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.