Hadd ma jkorri gravi – jintlaqat “samaritan” li waqaf jassisti
Nhar is-Sibt waranofsinhar f’temp ta’ madwar 30 minuta sehhew zewg accidenti tat-traffiku fejn fiz-zewg kazi l-karozzi spiccaw fuq il-genb taghhom u b’xorti tajba hadd ma sofra griehi gravi fiz-zewg accidenti. Ragel li waqaf jassisti f’wiehed mill-accidenti safa milqut minn karozza ohra.
Ragel ta’ 48 sena minn San Giljan, is-Sibt wara nofsinhar
ghall-habta tat-3.15 p.m. kien qed isuq il-karozza tieghu fi Triq Lapsi, f’Ta’ Giorni limiti ta’ San Giljan meta x’aktarx li l-papocc li kien liebes wehillu mal-pjanca tal-gass b’konsegwenza li tfixkel. Minkejja li s-sewwieq ipprova jirranga s-sitwazzjoni sfortunatament huwa habat f’karozza li kienet ipparkkjata u wara baqa’ diehel f’faccata ta’ dar. Mad-daqqa l-karozza nqelbet fuq il-genb taghha
Fuq il-post marret ambulanza b’infermiera kif ukoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li assistew lis-sewwieq biex jinhareg mill-karozza. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura ghal griehi li sofra. Ftit tal-hin wara l-Pulizija gew informati li kien sehh accident iehor tat-traffiku din id-darba fil-Marsa.
Mara minn Haz-Zabbar sofriet biss minn xokk meta l-karozza li kienet qed issuq skidjat kawza ta’ xi diesel li kien hemm fit-triq. Sewwieq li kien ghaddej mill-istess triq waqaf jaghti l-ghajnuna lill-mara izda b’nuqqas ta’ attenzjoni min-naha ta’ sewwieq iehor, ir-ragel intlaqat minn karozza li b’xorti tajba ma sofra l-ebda griehi serji.
Il-membri tal-Protezzjoni Civili ssejhu fuq il-post tal-accident li mhux biss qalbu l-karozza fuq ir-roti izda wkoll ferxu r-ramel fuq id-diesel li kien kawza tal-accident.
Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport taz-zewg accidenti fl-Ghases rispettivi taghhom.
This entry was posted on Sunday, July 22nd, 2012 at 07:58 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba, Zejt/diesel. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.