Nirien f’Hal Tarxien u fil-Gzira
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili komplew bil-hidma bla waqfien biex jikkontrollaw diversi nirien fil-lejl ta’ bejn il-Hamis u l-Gimgha fil-Gzira u aktar tard f’Hal Tarxien.
Kmieni l-Gimgha waranofsinhar il-pumpieri gew imsejhin fi Triq ir-Russett fejn nirien hakmu sit vojt li izda jinsab qrib hafna ta’ djar. Minhabba l-haxix niexef in-nirien tferrxu fi ftit hin u ghalhekk l-intervent malajr tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kien mehtieg.
In-nirien gew ikontrollati fi ftit hin u qabel ma saret hsara lil xi proprjetà privata.
Sadanittant il-Gimgha ghall-habta tat-3.00 a.m. il-Pulizija giet informata li kien hemm xi nirien fi triq Sir Frederick C. Ponsonby, fil-Gzira.
Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu bieb ta’ residenza privata li kien ha n-nar. Ghaldaqstant issejhu membri tal-Protezzjoni Civili biex jaghtu l-assistenza taghhom. Hadd ma wegga’ f’dan l-accident izda l-bieb ta’ barra kif ukoll il-faccata tar-residenza garrbu xi hsarat.
B’dan il-kaz gie informat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi li ordna inkjesta u hater diversi esperti biex ihejju r-rapporti taghhom. Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw dan il-kaz.
This entry was posted on Saturday, July 21st, 2012 at 07:22 and is filed under Inkjesta, Nirien, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Xoghol li ftit japprezzaw. Grazzi ta dak kollu li taghmlu.
Dawn huma nies li jahdmu f’perikl;u kontinwu, ghad-detriment ta’ hajjitom. Haqqom apprezzament akbar ghaliex xogholom jaghmluh minghajr ebda daqq ta’ trombi.
sufu naqbel mieghek hlief ghal l ahhar bicca……..(dik tad daqq ta trombi)….
grazzi hbieb imma bil grazzi il familji ma jieklux…… dawn il haddiema ghandhom : shift allowance,allowance ta periklu, gholi , hmieg, perikli kontiniwi??? ir risposta hija LE !!!!
u xi nghidu ghal ilbies prottetiv….. sa sena ilu kienu jilbsu hwejjeg SECOND HAND u im n Alla kien id Direttur il Gdid li waqaf dawn l affarijiet.