Tifel zghir salvat minn gharqa f’Birzebbuga
L-attenzjoni u d-dedikazzjoni flimkien ma’ riflessi immedjati ta’ tfajla barranija salvaw il-hajja ta’ tifel zghir minn gharqa, izda minkejja l-att eroiku ta’ din it-tfajla ghaliha ma ghamlet xejn specjali.
Nhar l-Erbgha ghaqda li topera minn Bormla minn numru ta’ volontieri hadu grupp ta’ tfal zghar, fosthom tfal ta’ immigranti, ghal ftit sighat fil-Bajja s-Sabiha f’Birzebbuga. Ghall-habta tal-10.00 a.m. meta l-volontieri kienu qed jippreparaw it-tfal biex jinzlu fil-bahar, wiehed minnhom, tifel ta’ erba’ snin li jghix mal-genituri tieghu fic-Centru Miftuh f’Hal Far, ma stenniex li jlibbsuh it-‘trainers’ ma’ jdejh u nizel jigri fil-bahar.
Fi ftit sekondi t-tifel sab ruhu f’diffikultajiet minkejja li l-bahar huwa baxx. Wahda mill-volontieri, Erika Johansson ta’ nazzjonalità Svediza li tinsab Malta biex tistudja l-lingwa Ingliza, kif rat lit-tifel jissielet biex izomm fil-wicc qabzet mill-ewwel ghalih u tellghatu lura ghal fuq ir-ramel fejn bdiet taghtih l-ewwel ghajnuna.
Fuq il-post waslu l-Pulizija mill-Ghassa ta‘ Birzebbuga li minhabba li fl-Ghassa m’hemm l-ebda apparat ghall-ewwel ghajnuna, issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li komplew jaghtu l-assistenza lit-tifel permezz tal-ossiginu sakemm waslet fuq il-post ambulanza b’infermiera li hadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei skortata minn Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku.
Ic-ckejken iddahhal fit-Taqsima tal-Emergenza fejn beda jinghata l-kura mehtiega fejn ghal xi hin inzamm taht osservazzjoni u aktar tard gie ccertifikat li kien jinsab tajjeb.
Rapport tal-accident thejja mill-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Jerry Attard.
Meta KRONAKA f’MALTA mar ikellem lit-tfajla, li bhalissa qed toqghod il-Fgura, bl-akbar umiltà qaltilna li ma ghamlet xejn specjali u kompliet tiehu hsieb il-tfal flimkien ma’ volontieri ohrajn.
This entry was posted on Thursday, July 19th, 2012 at 07:56 and is filed under Ambulanzi, Emergenza, Gharqa, Immigranti, Infermieri, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Din haqqa proset u ta minn iffahar l-att li ghamlet j’alla jkollna aktar bhala