Tnejn l-isptar wara habta ‘head-on’
Tfajla u ragel sofrew griehi hfief wara habta ‘head-on’ bejn karozza u trakk f’Hal Luqa li seta’ kellu konsegwenzi aktar gravi.
L-accident sehh it-Tlieta ghall-habta tad-9.00 a.m. fi Triq Hal Luqa ezatt
faccata tal-Ufficini tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma. Dak il-hin Amanda Cassar ta’ 27 sena mill-Imqabba kienet qed issuq karozza Toyota Vitz fid-direzzjoni ta’ Hal Luqa. Fl-istess hin mid-direzzjoni opposta kien gej trakk misjuq minn Dennis Charles Mizzi ta’ 48 sena mill-Birgu. Kien hawn li sehhet il-habta ‘head-on’ fin-naha tat-triq minn fejn kien gej Mizzi.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjon ta’ Hal Far immexxijin mill-ufficjal Mark Brincat li hargu lil Mizzi mill-kabina tat-trakk fejn kien hemm jistennew tim mediku li hadu lil Mizzi u lil Cassar l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza.
Fuq il-post tal-accident marru wkoll is-Surgent Fabian Caruana u l-Kuntistabbli Charles Vassallo tad-Distrett li hejjew rapport filwaqt li l-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kellhom jaghlqu t-triq miz-zewg direzzjonijiet. Kien aktar minn tliet sighat u nofs wara li t-triq regghet infethet ghat-traffiku wara li l-Pulizija gew accertati mill-isptar li hadd mis-sewwieqa ma kien fil-periklu tal-mewt. Ghall-habta tal-4.00 p.m. il-Pulizija gew informati li kemm Mizzi kif ukoll Cassar kienu sofrew griehi hfief.
This entry was posted on Wednesday, July 18th, 2012 at 07:38 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ghall-precizjoni John l-incident sehh aktar l-isfel vicin l-Ghammieri u mhux quddiem iv-WSC.