Jallega li gie aggredit minn bouncer
Alessio Salatino ta’ 21 sena mill-Italja ddahhal l-Isptar Mate Dei isfofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt kmieni it-Tnejn filghodu. Huwa qed jallega li safa aggredit minn bouncer ta’ stabbiliment f’Paceville.
Nhar it-Tnejn ghall-habta tas-6.00 a.m. il-Pulizija giet infurmata li fi Triq San Gorg, f’Paceville qrib wiehed mill-istabbilimenti kien hemm zaghzugh barrani li kellu bzonn l-assistenza medika. Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu li ftit tal-hin qabel kien qam argument, allegatament bejn Salatino u ragel Malti. Salatino qal li wiehed mill-boucers sprejjalu l-‘peppper spray’ f’wiccu u anke tah daqqiet ta’ sieq. It-Taljan deher li kellu griehi f’wiccu u ghaldaqstant issejhet ambulanza li hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei.
Peress li fil-hin tal-allegat aggressjoni, Salatino kien flimkien ma’ habib tieghu, ukoll Taljan, il-Pulizija hargu l-bouncers kollha barra biex sieheb il-vittma jiddentifika lill-allegat aggressur, izda dan ma gharaf lil hadd minnhom. Ghaldaqstant il-Pulizija elavat xi filmati migbudin minn kameras tas-sigurtà biex ikunu ezaminati mill-Pulizija tal-Forensika.
L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Luke Bonello tad-Distrett.
This entry was posted on Tuesday, July 17th, 2012 at 07:24 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tfittxija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.