F’hames snin intefqu €200 biss f’apparat
Huwa fatt maghruf li bhalissa hafna mill-Pulizija jinsabu demoralizzati mhux biss minhabba l-fatt li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li huwa responsabbli dirett mill-Korp tal-Pulizija, rega’ qal li hadd mhu se jiehu flus tal-overtajm li nhadem, imma wkoll minhabba certi nuqqasijiet. Fost dawk li jinsabu demoralizzati hemm l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Waqt is-seduta Parlamentari tat-28 ta’ Mejju 2012, id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono kien staqsa lil Carm Mifsud Bonnici, li sa dakinhar kien ghadu Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, biex jghid fl-ahhar hames snin, sena b’sena apparti vetturi, x’ammont ta’ investiment sar u ta’ liema tip, f’taghmir fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi fil-Korp tal-Pulizija.
L-eks-ministru kien wiegbu hekk: “Nixtieq inserrah mohh l-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima ta’ kontra d-Droga tal-Pulizija ghandha l-ghodda kollha mehtiega biex tkun tista tiggieled b’mod efficjenti u professjonali kontra l-kriminalità organizzata bhalma hija l-importazzjoni u t-traffikar tad-droga. Bhalma jista’ jifhem u japprezza l-Onorevoli Interpellant, mhux opportun li taghrif dettaljat tal-ghodda li tintuza minn din l-Iskwadra u ohrjan bhala, ikun ippublikat”.
Sorsi qrib il-Kwartieri Generali tal-Pulizija izda sahqu li jew Carm Mifsud Bonnici ma kienx informat tajjeb jew ried iqarraq bl-ghola istituzzjoni tal-pajjiz, il-Parlament. L-istess sorsi qalulna li probabbli Franco Debono jaf sew kemm il-Gvern baqa’ lura biex jghin l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga imma ried li din tohrog minn halq l-eks-Ministru stess. Izda Carm Mifsud Bonnici ma qal xejn minn dan.
Min-naha l-ohra KRONAKA f’MALTA jinsab informat li f’hames snin fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Drog kull ma ntefaq f’apparat gdid kien €207.40 biss biex inxtara ‘Taser Gun’. Apparat iehor li nghata lill-istess skwadra kienet video camera li kienet wahda minn numru ta’ video cameras li BirdLife Malta taw bhala donazzjoni lill-Korp tal-Pulizija biex juzawhom kontra l-kaccaturi u nassaba u li wahda minnhom spiccat fit-Taqsim ta’ Kontra d-Droga. Dan ifisser li l-Gvern nefaq €41.48 fis-sena f’apparat f’dawn l-ahhar hames snin fl-iktar taqsima fil-Korp tal-Pulizija li trid tara kif issalva l-hajja tac-cittadini Maltin u barranin fosthom zghazagh milli jispiccaw vittmi tad-droga.
Izda l-Gvern mhux biss huwa xhieh bil-flus ma’ din it-taqsima izda wkoll f’dak li ghandu x’jaqsam mar-rizorsi. Is-sorsi qalulna li issa li l-festi fil-bliet u rhula huma fl-aqwa taghhom, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qeghdin ikunu ordnati bl-uniformi waqt il-festi, imma mhux fuq xoghol b’konnessjoni mad-droga imma ghal bon ordni. B’hekk l-iskwadra mhux qed ikollha bizzejjed nies biex tahdem.
Kienu diversi persuni distinti li tkellmu dwar il-problema tad-droga f’pajjizna fosthom il-President ta’ Malta, Dr George Abela, id-Direttur tal-Caritas Mons. Victor Grech u l-Imhallef Dr Lawrence Quintano li fl-14 t’ Ottubru, 2010 meta sar Imhallef kien gie kkwotat jghid li mill-esperjenza tieghu bhala Magistrat li serva l-aktar ghal zmien twil fuq kazijiet tad-droga, il-membri kollha fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mill-Assistent Kummissarju Neil Harrison l-isfel, dejjem ikkoperaw mal-Qorti u mexxew il-kazi b’responsabilità kbira. Huwa qal li s-socjetà Maltija ghandha tkun rikonoxxenti lejn din l-iskwadra li tahdem kultant b’sogru ghaliha u ghall-membri tal-familja. Ghalhekk huwa rrakkomanda li x-xoghol taghha jkun rikonoxxut formalment bl-ghoti ta’ gieh ir-Repubblika, qal l-Imhallef Quintano.
Izda minflok ma din l-iskwadra nghatat Gieh ir-Repubblika, siegha biss wara li l-Imhallef Lawrence Quintano temm id-diskors tieghu, membru minn din l-iskwadra nghata transfer.
This entry was posted on Tuesday, July 17th, 2012 at 07:24 and is filed under Abbandun, Droga, Korp tal-Pulizija, Overdose, Pulizija, Qorti, Rabja, Skwadra Kontra d-Drogi. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.