Haddiem wegga’ waqt li kien ghaddej ix-xoghol
Haddiem ta’ 39 sena minn Birkirkara is-Sibt filghodu sofra griehi f’rasu u jdejh meta ntalqat minn oggett iebes meta kien qed jahdem fuq il-lift il-gdid tal-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt. Minhabba dan l-accident l-Awtoritajiet koncernati waqqfu x-xoghol kollu sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet.
L-accident sehh ghall-habta tat-8.10 a.m. meta kien qed isir xoghol fil-kabina. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lill-haddiem l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehtiega ghal griehi gravi li sofra izda fl-ebda hin ma kien fil-periklu tal-mewt.
Sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalulna li bil-kaz gew informati l-Pulizija tal-Belt fejn bdew jinvestigaw. L-istess sorsi qalulna li x-xoghol fuq il-lift twaqqaf mill-ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol sakemm saru l-investigazzjonjiet mehtiega.
This entry was posted on Sunday, July 15th, 2012 at 07:49 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Haddiem, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sahha u Sigurta', Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.