Il-PM Gonzi jinsisti li hadd mhu se jithallas tal-overtime
Fl-okkazjoni ta’ tal-198 sena mit-twaqqif tal-korp Lawrence Gonzi qal li minghajr ebda dubju, kuljum, kull wiehed u wahda minna, jistrieh fuq il-professjonalità, it-tahrig u l-esperjenza tal-pulizija. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed jibqa’ jinsisti li hadd mill-Korp tal-Pulizija mhu se jithallas tas-sahra li qieghed jinghad li huwa dovut ghall-perjodu ta’ bejn l-1993 u l-2006.
Intant, il-Prim Ministru habbar ukoll li l-Gvern se jwaqqaf kumitat b’termini ta’ referenzi cari bil-ghan li jara x’riformi ghandu bzonn il-Korp tal-Pulizija.
“Il-hidma taghkom ghandha impatt fuq l-izvilupp ekonomiku ta’ pajjizna. Minnkom ukoll jiddependi jekk pajjizna hux kapaci jigbed investiment barrani u impjiegi. Investituri barranin ifittxu li jinvestu f’pajjiz li jkun sigur, fejn ikun hemm is-serhan tal-mohh, fejn ikun hemm sigurtà u fejn ikun hemm rata ta’ kriminalità baxxa.
“Il-Gvern irid l-ahjar ghall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Nista’ nassigurakom li s-servizz li intom qed tipprovdu lejn il-pajjiz u s-socjetà taghna huwa ferm apprezzat”, sahaq Gonzi.
Kien fuq dan il-punt li KRONAKA f’MALTA staqsa lill-Prim Ministru jekk dwar dak li kienu ghadu kif qal, li jrid jinvesti fil-Pulizija u li japprezza l-hidma taghhom, mela ghaliex ghadu qed jinsisti li ma jhallasx lill-Pulizija dak li hu dovut lilhom. Lawrence Gonzi sahaq li s-sistema tal-hlas tal-overtime ilu jsir bl-istess metodu u li kulhadd thallas dak li kien dovut lilu.
Intant, id-Deputat Laburista Michael Falzon qal fi stqarrija li f’ismu u f’isem il-Partit Laburista jixtieq jibghat l-isbah awguri u xewqat lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija, f’dan il-jum ddedikat ghalihom.
“Is-sigurtà u l-bon ordni f’pajjizna, ma jistghux ikunu mharsin, jekk mhux bil-hidma u bl-impenn kontinwu, fost ohrajn, ta’ dan il-Korp iddixxiplinat. Fid-dinja moderna u fis-socjetà dejjem aktar kumplessa tal-lum, il-Korp tal-Pulizija jrid ikun dejjem aktar imhejji, attrezzat u fuq kollox immotivat, biex jilqa’ ghall-isfidi godda li qeghdin dejjem jikbru u jizdiedu,” qal Falzon.
Waqt ic-cerimonja tac-certifikati tliet membri mill-Iskwadra tal-Mobile inghataw certifikat ta’ atti li wettqu meta ma kienux xoghol. Is-Surgent Paul Cassar inghata certifikat talli fl-4 ta’ Frar 2012, f’Tal-Pietà wera dedikazzjoni lejn dmirijietu meta ta l-ewwel ghajnuna lill-gar tieghu meta hadet in-nar ir-residenza tieghu dahal u ta l-ewwel ghajnuna biex jintefa n-nar sakemm waslet aktar ghajnuna.
PC Fabio Schembri nghata certifikat talli fis-16 ta’ Dicembru 2011, f’Tal-Pietà wkoll waqt li kien frank arresta zewg persuni li kellhom fil-pussess taghhom il-pjanta cannabis u PC Robert Vassallo talli fis-7 ta’ Jannar 2012, f’Ta’ Qali, waqt li kien off-duty, arresta zewg persuni li kienu ghadhom kemm ikkommettew numru ta’ serqiet minn karozzi li kienu ipparkjati.
Sadanittant aktar kmieni filghodu saret quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann li giet iccelebrata mill-Isqof ta’ Ghawdex Mario Grech.
Qabel il-Quddiesa saret il-Gwardja tal-unur u l-Banda tal-Pulizija tat is-salut lill-Kummissarju John Rizzo, lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Agent President Anton Tabone.
Fl-omelija tieghu Mons. Grech qal li hija haga sabiha li f’dan il-programm ta’ attivitajiet instab spazju ghall-kelma t’Alla biex naraw xi jrid jghidilna l-Mulej u napplikawh fil-hajja taghna.
Prezenti ghall-quddiesa kien hemm diversi persuni distinti fosthom membri parlamentari miz-zewg nahat tal-kamra.
This entry was posted on Friday, July 13th, 2012 at 08:13 and is filed under Arrestat, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
IL Pulizija mhux kliem sabieh ghandhom bzonn imma, Stima mil Qorti, paga xierqa, u serjeta
Bl-apprezzamenti tieghek u l-paroli u kliem sabieh, ma titmax familji Sur Prim Ministru. Ahjar kieku lill-Pulizija ghidtilhom li ghad xi darba tghatihom dak li u dovut lilhom u li inti u l-Gvern tieghek qed iccahduhom minn dak li tant batew ghalieh u li hu dritt sagrosant taghhom.
min jaf kieku nitkellmu u nanalizzaw fuq liema kriterju inghata dawn il midalji u certifikati, araw il kuluri hemm min ghadu ghaddej inkejsta u ha dan, ghallkorp biss mghandux flus il prim ovvjament iggidat mill amministrazzjoni prezenti forsi ma jafx li il kbarat it tfal transport free mill korp, filghaxija pizza delivery mill membri tal korp heemm bibbja x tghid j’alla nitilghu xi darba fil wicc
ta lmisthija ghadna bil paga ta 1993 17 il sena lura immal-aqwa li il kbarat komdi hemm min ghandu ghaxar vetturi ghalih, u il performance bonus li jiehdu hadd ma jitkellem fuqu, il percentagg li jiehdu jiehdu fuq kemm jibqalhom mill budget hadd ma jafu, karozzi, mobile fone b xejn etc il kuridur hemmbzonn tindifa shiha ghax il kbarat jafu xghattew u ghaliex qedin hemm komplu batu kollegi ghat tahwid li ghamnlu min qed imexxina viva lkmand , totalitarion dittatoriat etc nibqghu hemm ghax veru nhobbu l kjorp u qied fid demm, l aktar nies li jahdmu jaqilghu min ma jghamel xejn jiehu bhall per ezempju min hu stazzjonat VIP immigration imma dak ok viva il verginita li jippriedka wooooopy
Sewwa qedt tghidt plinku, dawk tal kuruturi xalata ax issa serhu rashom ax mhux talli dahlu t tfal fil korp imma bl gharajjes wkoll. Kollha kellhom 6 “O” levels pero l pappa minn hemm diehla u mhux ta bxejn JIGGRANFAW MAS SIGGU pero daqt tasal tahhom. TIME IS RUNNING OUT