Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza
Anzjan ta’ 80 sena jinsab fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi gravi li sofra meta tard nhar it-Tnejn intlaqat minn karozza meta kien qed jaqsam it-triq.
L-accident sehh ghall-habta tal-10.20 p.m. fi Triq il-Bajja s-Sabiha f’Birzebbuga. Dak il-hin l-anzjan, Saviour Cilia, kien qed jaqsam it-triq meta ntlaqat minn karozza BMW misjuqa minn zaghzugh ta’ 25 sena minn Hal Ghaxaq.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lil Cilia l-Isptar Mater Dei fejn ghall-ewwel gie ccertifikat li kien qed isofri minn griehi gravi izda aktar tard matul illejl qaleb ghall-aghar u ddahhal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fil-periklu tal-mewt.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi li ordna inkjesta u hatar diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri.
This entry was posted on Wednesday, July 11th, 2012 at 07:33 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Emergenza, Infermieri, Inkjesta, Korriment, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.