Ta n-nar bieb ta’ dar bin-nies gewwa
Ragel ta’ 38 sena miz-Zurrieq, Alex Fenech, illum it-Tlieta mistenni jitressaq il-Qorti fejn se jkun mixli bi hruq volontarju ta’ bieb ta’ residenza fi Triq San Mikiel fiz-Zurrieq meta gewwa kien hemm diversi persuni.
Il-kaz sehh nhar il-Hadd ghall-habta ta’ 12.40 p.m. mar-residenza ta’ Raymond Barbara ta’ 45 sena. Qed ikun allegat li r-ragel suspettat li ta n-nar b’mod volontarju, ghamel dan billi tefa’ xi zejt quddiem il-bieb ta’ Barbara u tah in-nar. Dak il-hin fid-dar kien hemm Barbara u madwar 15-il student barrani li kienu akkomodati ghand Barbara.
B’xorti tajba n-nirien ma lehqux dahlu gewwa u gew ikkontrollati fi fti hin, izda l-bieb ta’ barra u parti mill-faççata garbu hsarat estensivi.
Meta l-Pulizija, immexxijin mis-Supretendent Sandro Gatt flimkien mal-Ispetturi Kevin Pulis u Priscilla Caruana u s-Surgent Jerry Attard tad-Distrett komplew jinvestigaw irrizultalhom li s-suspettat kien wiehed mill-girien. Minn tfittxija li ghamlu fir-residenza ta’ Fenech instabu oggetti li allegatament huma relatati mal-kaz u ghaldaqstant gie arrestat.
Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Neville Camilleri li ordna inkjesta u hatar lilll-Professur Alfred Vella u lill-Avukat Joe Mifsud bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
This entry was posted on Tuesday, July 10th, 2012 at 08:02 and is filed under Arrestat, Attentat, Inkjesta, Nirien, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Zejt/diesel. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.