Il-Prim Ministru jikteb ittra lis-suldati Maltin
Wara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi nduna li kien ghamel “hmerija” meta baghat ittra ta’ apprezzament lill-Kummissarju tal-Pulizija fuq ‘letterhead’ tal-PN biex jifrah lill-Korp tal-wirja li kienu tellghu fil-Gimgha l-Kbira, lill-Armata baghat ittra ohra ta’ apprezzament izda din id-darba
fuq ‘letterhead’ ufficjali tal-Ufficcju tal-Prim Ministru. Fl-ittra Gonzi habbar li kellu jigi Malta l-Kunsill ta’ Misurata, fil-Libja bhala apprezzament ghar-rwol li kellha Malta waqt il-krizi tal-Libja.
Fil-harga ta’ l-orizzont u fuq KRONAKA f’MALTA tad-9 ta’ Gunju 2012 ippubblikajna artiklu dwar ittra li l-Prim Ministru baghat lill-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo biex jifrahlu tal-wirja tal-Gimgha Mqaddsa. Ghalkemm din l-ittra ta’ Gonzi kienet indirizzata lill-Kummissarju, l-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi, responsabbli mill-Ippjannar u Strategija tal-Korp, kien ghadda din l-ittra bhala parti minn cirkolari biex jarawha l-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija. Dakinhar Gonzi kien baghat din l-ittra fuq ‘letterhead’ tal-Partit Nazzjonalista minkejja li ffirmaha bhala Prim Ministru ta’ Malta.
Dan kien urta lil hafna membri tal-Korp fosthom anke dawk li huma maghrufin bhala nazzjonalisti, l-aktar ghax qalu li dan ta ragun lill-Partit Laburista meta jghid li Gonzi ma jafx jiddistingwi bejn il-partit u l-Gvern. Izda l-aktar li l-Pulizija kienu urtati kien ghall-Amministrazzjoni tal-Korp li hallew li din l-ittra tigi ccirkolata meta facilment setghu jghidu x’kien hemm fl-ittra fic-cirkolari numru 34/2012 P2355/2012 bit-titlu “Ittra ta’ apprezament mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ta’ zjara li ghamel fl-GHQ tal-Pulizija fil-Furjana fil-Gimgha Mqaddsa”.
Jidher li wara l-artiklu taghna l-Prim Ministru nduna bl-izball ikrah li kien ghamel. Fil-fatt f’ittra li baghat lill-Brigadier Martin Xuereb bid-data tat-3 ta’ Lulju, Gonzi kiteb lill-Kap Kmandant tal-FAM fuq ‘letterhead’ tal-Ufficcju tal-Prim Ministru.
F’din l-ittra Lawrence Gonzi qal li l-Kunsill ta’ Misurata gej Malta bhala apprezzament ghar-rwol li kellha waqt il-krizi tal-Libja.
“Ghal din l-okkazzjoni f’isem il-Kunsill ta’ Misurata nixtieq niehu din l-opportunità biex nerga nirringrazzja lill-Forzi Armati ta’ Malta ghall-ko-operazzjoni u l-hidma taghkom biex ghajnuna tasal lejn Misurata, belt simbolu tat-taqbida ghal-libertà”.
Dr Gonzi kompla jghid li s-sehem tal-Armata u ta’ hafna ohrajn kien ta’ siwi kbir waqt dan il-mument difficli. Huwa qal li Malta hija wahda mill-pajjizi li l-iktar li offriet is-servizzi taghha lin-nies ta’ Misurata. Il-Prim Minisru qal li pajjizna wettaq l-obbligi tieghu kemm dawn internazzjonali kif ukoll dawk morali u ghaldaqstant ahna meqjusin bhala pajjiz kapaci u affidabbli.
Fl-ahharnett Gonzi talab lill-Brigadier Xuereb li jkun grat lejh jekk jghaddi dan il-messagg lill-membri kollha tal-FAM. Xi haga li ghamel il-Kulunell Martin Bondin b’cirkolari li hareg nhar il-Hamis li ghadda.
This entry was posted on Tuesday, July 10th, 2012 at 13:32 and is filed under FAM, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ma nafx kemm hu veru li kien hemm pulizija nazzjonalisti li kienu urtati bil-letter-head tal-Partit Nazzjonalista. Ma nafx ghaliex il-Prim Ministru, meta jaghmel xi komunika mal-Kummissarju tal-Pulizja jew mal-Brigadier tal-Armata ma jkollux xi segretarja jew segretarju min dawk il-hafna li jahbtu go xulxin f’Kastillja li jaraw li kollox sew fil-’format’ tal-ittra u jghadduha fejn ghandha tmur. Ma nippretendiex li l-PM jaghmel kollox wahdu.