Jiddahhlu Malta sitt persuni minn grupp ta’ 66
Wara li l-gimgha l-ohra ddahhlu Malta tliet nisa u tarbija li kienu fuq ‘dinghy’ flimkien ma’ 36 immigranti ohrajn minhabba raguni medika, is-Sibt l-istorja rrepetiet ruhha meta hames nisa u ragel li kienu jaghmlu parti minn grupp ta’ 60 immigrant talbu biex jiddahhlu Malta ghax kellhom bzonn ukoll l-ghajnuna medika.
Nhar is-Sibt ghall-habta tal-11.55 a.m. l-ajruplan tal-FAM King Air B200 waqt li kien fuq ronda, informa lic-Centru tal-Operazzjonijiet f’Hal Luqa li madwar 23 mil nawtiku ’l barra minn Had Dingli kien hemm ‘dinghy’ li kien sejjer fid-direzzjoni tat-Tramuntana.
Ghaldaqstant fl-inhawi ntbghatet il-Patrol Boat P23 biex tassisti lill-immigranti fejn gie kkonfermat li fuq id-‘dinghy’ kien hemm 66 persuna u li dawn ma riedu ebda ghajnuna. Aktar tard waslet qrib id-‘dinghy’ l-Patrol Boat P51 li bidlet lill-P23.
Ghall-habta tas-7.00 p.m. sitt immigranti, hames nisa u ragel li qed jghidu li huma mis-Somalja, talbu biex jinghataw l-assistenza medika. Il-kaptan tal-P51 informa b’dan lic-Centru tal-Operazzjonijiet fejn intbghatat il-lanca ta’ salvatagg il-Melita 1 biex jevakwaw lis-sitt immigranti minn fuq id-‘dinghy’ biex jiddahhlu Malta. Kien ftit wara l-10.00 p.m. tas-Sibt stess li l-Melita 1 bdiet il-vjagg lejn Malta bis-sitt immigranti fuqha filwaqt li l-kumplament tal-grupp, 58 ragel u tliet nisa, komplew bil-vjagg lejn l-Italja taht is-sorveljanza tal-P51 biex ikun accertat li ma jigrilhom xejn. Kif dawn dahlu fiz-zona ta’ tfittix u salvatagg Taljana, l-immigranti ghaddew ghand l-Awtoritajiet Taljani.
Sadanittant ghall-habta ta’ 11.43 p.m. is-sitt immigranti ddahhlu f’Xatt it-Tiben u wara li tnizzlu minn fuq il-Melita 1 inghataw f’idejn il-Pulizija tal-Immigrazzjoni. Mhux maghruf ghaliex minkejja li dawn talbu l-assistenza medika ma kienx hemm ambulanza tistenna u minflok is-sitt immigranti ttelghu fuq xarabank tal-Pulizija.
B’din il-wasla n-numru ta’ immigranti li dahlu Malta din is-sena issa tela’ ghal 1,065 persuna.
Sadanittant rapporti minn Sqallija qalu li l-grupp ta’ 60 immigrant iddahhlu f’Pozzallo fi Sqallija u kienu kollha f’kundizzjoni ta’ sahha tajba.
This entry was posted on Monday, July 9th, 2012 at 08:09 and is filed under Ambulanzi, FAM, Immigranti, Klandestini, Patrol Boat, Pulizija, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.