Fl-ahhar ta’ Lulju se jispiccaw bla Akkademja
…… se juzaw dik li kienet l-iskola Umberto Calosso
Bix-xoghol fl-Akkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja ghadu lura, tant li kull hemm biss l-ewwel gebla kommemorattiva biss, u b’ultimatum biex sal-ahhar ta’ Lulju l-Akkademja tal-Pulizija jzarmaw kollox minn Sant Iermu, il-Korp tal-Pulizija nqabad f’paniku fejn se jkompli jharreg ir-rekluti u l-membri tal-istess Korp. Ghaldaqstant l-ewwel post li sabu huwa dik li kienet l-iskola abbandunata Umberto Calosso f’Santa Venera.
Ghalkemm jidher li l-Umberto Calosso, li l-isem kien inbidel ghal Skola Sekondarja San Frangisk t’Assisi u wara Kullegg Santa Tereza, se jilqa’ l-Akkademja tal-Pulizija temporanjament bi spiza zejda ghall-Korp, fil-jiem li ghaddew inbeda x-xoghol ta’ manutenzjoni u ttrangar fil-kullegg f’Santa Venera mit-Taqsima tas-Snajja’ tal-Korp. Kif jitlesta t-tindif u dak li hemm bzonn, ir-rekluti li bhalissa qed jaghmlu l-kors biex isiru kuntistabbli, se jigu utilizzati biex igorru dak kollu li hemm f’Sant Iermu.
Fit-30 ta’ Novembru 2007 il-Vici Prim Ministru Tonio Borg, li dak iz-zmien kien responsabbli mill-Pulizija, kien qal li l-Unjoni Ewropea allokat direttament Lm218,155 (€508,246) ghall-bini tac-centru ta’ detenzjoni gdid f’Ta’ Kandja.
Dakinhar Tonio Borg kien inawgura centru iehor f’Hal Far u qal li dawn iz-zewg progetti huma xhieda cara li l-Gvern Malti se jibqa’ kommess li jghin lill-immigranti irregolari li jaslu f’pajjizna billi jibqa’ jtejjeb il-facilitajiet li sakemm tkompli l-politika ta’ detenzjoni, jassigura li dawn ic-centri jkunu ta’ livell accettabli.
Izda hafna mix-xoghol li kien sar f’dan ic-centru ta’ detenzjoni b’fondi tal-UE, tnehha biex il-post ikun jista’ jintuza mill-Pulizija. Fost it-tibdil li sar hemm twieqi li tnehhewlhom il-hadid, recint, kancelli u anke sodod. Sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalulna li dan “ic-centru ta’ detenzjoni” tbajjad kwazi kollu mill-gdid, u tpoggew imwejjed u siggijiet biex jintuzaw mir-rekluti waqt il-lezzjonijiet fi kmamar li nbidlu f’’lecture rooms’. Il-madum tas-sular t’isfel inghorok mill-gdid filwaqt li fis-sular ta’ fuq tpoggew sodod li kienu tal-Pulizija tal-SAG biex jintuzaw mir-rekluti meta jkollhom bzonn jorqdu hemm f’dik li hi maghrufa bhala ‘live-in’.
Min-naha l-ohra sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li l-Gvern irid jispjega kif qed juza fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu allokati biex jinbena Centru ta’ Detenzjoni f’Ta’ Kandja u ghaddihom lill-Korp tal-Pulizija biex jirrangah ghalih.
S’issa l-Akkademja l-gdida li kellha tinbena f’Ta’ Kandja hemm biss l-ewwel gebla li bhalissa tinsab mghottija u kwazi ssigillata biex ma ssirilhiex il-hsara jew xi vandalizmu. Il-bqija li hemm lest hija gibja miksija bil-‘membrane’.
Ghaldaqstant mhux maghruf jekk hux minnu li l-Akkademja tal-Pulizija hix se tkun f’Santa Venera temporanjament jew le ghax il-fondi li l-UE “allokat direttament ghall-bini tac-centru ta’ detenzjoni gdid f’ta’ Kandja”, intuzaw mod iehor. Skont ir-regolamenti tal-UE fondi li jinghataw ghal progett ma jistghux jintuzaw fi progett iehor jekk ma ssirx applikazzjoni mill-gdid.
Il-fatt li l-post temporanju f’Santa Venera huwa fl-abitat, it-tahrig tal-isparar ma jistax isir. Ghaldaqstant kemm it-tahrig fl-isparar u dak fiziku se jibda jsir fil-kumpless tal-Pulizija tal-SAG f’Ta’ Kandja filwaqt li dak akkademiku se jsir f’Santa Venera.
F’April 2010 l-istudenti li kienu jattendu Umberto Calosso kienu gew informati li fi tmiem dik is-sena skolastika, dan il-kullegg se jaghlaq il-bibien darba ghal dejjem. Dakinhar numru ta’ studenti mill-Kullegg Santa Tereza tas-subien li tinsab fi Triq il-Kbira San Guzepp f’Santa Venera, ipprotestaw quddiem l-iskola taghhom wara li saru jafu li mis-sena d-diehla dawn kienu se jintbaghtu f’zewg skejjel separati. Ir-raguni kienet minhabba strutturi perikoluzi. “Ma rridx nircievi telefonata u jghiduli li ceda xi saqaf u hemm tfal li korrew,” kien qal Frank Fabri, il-principal tal-Kullegg lil gurnal l-orizzont.
This entry was posted on Saturday, July 7th, 2012 at 08:53 and is filed under Abbandun, Akkademja tal-Pulizija, Korp tal-Pulizija, Periklu, Pulizija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
U xi nghidu ghal-ispejjez ta’fuel u skarigg? Mela hasbu li l-fuel mhux bhac-cittadini l-ohrajn narawh gholi?
Eh… l-ippjanar brillanti hux…
Bini f’zona centrali u mhux f’post fejn halla l-karkura x-xitan, li jista jintuza ghal dan l-iskop.
U din l istruttura parikoluza allistajkun ada hemm jew ghall pulizija periklu ma jeziztix
stretegy and planning at its best
mela meta pulizija ta rank zghir ikollu nuqqas jew jghamel xi haga hazina naraw x’nghamlu biex nippruvaw nghalluh, u fuq din il-bicca ghax hemm ranki gholja li suppost jiehdu hsieb……. u ma gara xejnnnnnnnnn!!!
Mela bhal ma qal tajjeb Is-Sur Pisani, jiena smajt li meta jkollna l-COre (PE etc) se jsiru ta’kandja u mbaghad in- non core (bl-uniformi) gol-iskola umberto Calosso, safejn naf jien din giet skedatat bhala bini li fih kundanna mil-periti tal-gvern ghax qed jiggarraf, imma ghalina l-pulizija l-aqwa li jkollna fejn nitghallmu hux ma jqishux li ahna haddiema u cittadini, tant hu hekk li qed nghid li anka gol-kwartieri mank jindirizzawk b’ismek jew kunjomok imma bin-numru ghax ma ahna xejn iktar minn bicca numru fuq spalla hbieb tieghi!
Accountability – Kelma li l-ministri tal-Intern u l-Kummissarju tal-Pulizija dejjem isemmu. Kif qal “cittadin” li meta jkun xi hadd b’rank zghir jew sa forsi Supritendent? Dan issir gustizzja mieghu jew maghha u jaghmlu min kollox sabiex jitnehha mill-Korp, izda meta xi ZBALL ikun sar min xi ufficjal gholi jew gholi hafna, donnu wara ftit tal-granet jorqod kollox u me jerga jissemma xejn u hadd ma jkollu ghax jirrispondi. Jekk il-flus tal-EU intneffqu f’xoghol iehor, imissu min awtorizza dan ix-xoghol, jirrispondi hu jew ‘huma’. Issa naraw jekk nisimghux aktar dwar dan. Sur Pisani, nhallu f’idejk biex izzomna aggornati. Nispera min ikun jaf jew ghandu xi informazzjoni konkreta dwar dan, jghaddiha lill gurnalisti ghax donnu l-parlament u Dr Franco Debono biss jezistu f’Malta!