Salvati 84 persuna fosthom tifla zghira
Kollox qed jindika li l-2012 tista’ tkun rekord ghan-numru ta’ immigranti illegali li se jidhlu Malta li s’issa l-ammont li dahlu din is-sena huwa ta’ 1,059 li huwa ammont gholi meta kkomparat mas-sena l-ohra li fi 12-il xahar kienu dahlu 1,587. L-ahhar grupp iddahhal il-Hamis fil-11.40 p.m. li kien jikkonsisti fi 84 immigrant mis-Somalja.
Id-dinghy li kienu fuqha l-immigranti kien qed jinzamm taht sorveljanza mill-ekwipagg tal-Patrol Boat P52 immexxijin mill-Kaptan Etienne Scicluna. Izda ftit tal-hin wara, meta dawn kienu 54 mil ’il barra minn Filfla, jidher li dar ir-rih u kien forza 3 ghal forza 4. Dan pogga lill-immigranti fil-periklu u ghalhekk tnizzel dinghy minn fuq il-P52 biex is-suldati setghu jersqu lejn dak bl-immigranti fuqu.
Kien hawn li s-suldati nnuttaw li d-dinghy kien qed jaghmel l-ilma u ghalhekk bdiet operazzjoni ta’ salvatagg. Il-membri tal-ewkipagg tal-P52 bdew iqassmu l-lifejackets u ilma lill-immigranti u wara dawn kienu trasferiti ghal fuq il-Patrol Boat.
Il-grupp ta’ 84 kien jikkonsisti f’51 ragel, 32 mara u tifla ta’ madwar sitt snin li kollha kienu b’sahhithom. Wara li ttelghu fuq il-P52 bdew il-vjagg lejn Malta fejn f’nofsillejl neqsin ghoxrin minuta ddahhlu fil-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben.
L-ewwel ma tnizzlu minn fuq il-P52 kienu n-nisa u t-tifla li kienet il-hin kollu mghannqa ma’ ommha. Izda minhabba
li l-omm kienet ghajjiena Surgent tal-Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni refa’ lit-tifla u nnizzilha l-art. Wiehed mill-immigranti, li jitkellem tajjeb fil-lingwa Ingliza, qal lil KRONAKA f’MALTA li kienu ilhom tliet ijiem u tliet iljieli fuq il-bahar u li kienu hallsu madwar €900 kull wiehed.
Wara li t-84 immigrant ingabru kollha, ittelghu fuq zewg xarabanks tal-Pulizija skortati mill-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett u ttiehdu l-Kwartieri Generali tal-Pulizija biex ikunu iddentifikati.
Sorsi qrib il-Forzi Armati qalu lil KRONAKA f’MALTA li din kienet wahda mill-operazzjonijiet difficli minhabba li l-immigranti kienu fuq dinghy li kien digà beda jaghmel l-ilma. Barra minn hekk kien hemm numru kbir ta’ nisa fuqu u tifla zghira.
Din is-sena s’issa dahlu Malta 1,059 li jikkonsistu b’791 ragel, 251 mara u 17 kienu tfal. Is-sena l-ohra kollha t-total kien ta’ 1,587 li kienu jikkonsistu b’1,204 ragel, 282 mara u 101 kienu tfal.
This entry was posted on Saturday, July 7th, 2012 at 08:28 and is filed under FAM, Immigranti, Klandestini, Patrol Boat, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Salvatagg, Suldati, Xarabank. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.