Tliet nisa u tarbija talbu l-assistenza
Omm b’tarbija ta’ ftit gimghat u zewg nisa ohrajn li qalu li huma kollha Somali, l-Erbgha waranofsinhar gew salvati minn Patrol Boat tal-FAM wara li talbu l-assistenza medika. Dawn kienu fuq ‘dinghy’ flimkien ma’ grupp ta’ madwar 40 immigrant iehor li ghazlu li jibqghu jsalpaw lejn l-Italja. Huma allegaw li huma Somali u Pakistani.
L-Erbgha filghodu waqt ronda normali li kienet qed issir bl-ajruplan KingAir tal-FAM, l-ekwipagg innota d-’dinghy’ li deher li fuqu kien hemm grupp ta’ immigranti. Ghaldaqstant sar kuntatt mal-Kwartieri Generali tal-FAM u rrapporta l-kordinazzjonijiet fejn kienu l-immgranti.
Fuq il-post indikat salpat il-Patrol Boat P23 ikkapitanjata mis-Surgent Chris Sciberras fejn intercettaw id-’dinghy’ madwar 14-il mil nawtiku minn Wied iz-Zurrieq. Kif il-P23 resqet lejn l-immigranti, dawn mill-ewwel indikaw li ma riedu ebda ghajnuna u kienu se jibqghu serjin bil-vjagg taghhom. Kienu biss tliet nisa, wahda minnhom omm b’tarbija tifla ta’ ftit gimghat, li talbu l-assistenza medika. Jidher li l-omm kienet ghajjiena hafna u ohra kellha wahda minn rigel minfuh. Mhux maghruf ghaliex it-tielet wahda ghazlet li ma tkomplix il-vjagg izda din deheret ghajjiena hafna. Ghaldaqstant huma ttelghu fuq il-P23 biex bdew il-vjagg lejn Malta.
Minhabba li t-tarbija kellha hwejjeg imxarbin, kif ittellghet fuq il-Patrol Boat, l-ekwipagg flimkien ma’ omm it-tarbija, nehhewlha l-hwejjeg u gezwruha f’xugamann taghhom.
Kienu ghall-habta tat-3.35 p.m. li l-P23 trakkat fil-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben fejn suppost kien hemm ambulanza tistenna izda minhabba li din ittardjat in-nisa u t-tarbija kellhom jithallew fuq il-Patrol Boat jistennew. Minhabba f’hekk wiehed mis-suldati, li huwa kwalifikat fl-ewwel ghajnuna medika, ezamina lit-tarbija.
Kif waslet l-ambulanza l-ewwel ma tnizlet minn fuq il-P23 kienet it-tarbija li nghatat f’idejn l-infermier u wara tnizzlet l-omm u l-mara li kellha sieqa minfuha. Dawn iddahhlu fl-ambulanza u ttiehdu l-Isptar Mater Dei fejn komplew jinghataw il-kura medika. Min-naha l-ohra t-tielet wahda ttiehdet b’xarabank tal-Pulizija akkumpanjata mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni.
B’hekk it-total ta’ immigranti li dahlu Malta din is-sena huwa ta’ 975 li minnhom hemm 740 ragel, 219-il mara u 16 tfal.
This entry was posted on Thursday, July 5th, 2012 at 07:58 and is filed under Ambulanzi, FAM, Immigranti, Infermieri, Klandestini, Patrol Boat, Pulizija, Sptar Mater Dei, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tarbija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.