Spluzjoni taht l-art ixxaqqaq it-tarmak
Spluzjoni li sehhet it-Tlieta ghall-habta tas-7.35 p.m. hezzet parti minn Triq Tas-Sliema fil-Gzira li kienet ikkawzata minn cables tal-Korporazzjoni Enemalta li jinsabu tliet piedi taht l-art. Bl-ispluzjoni parti mit-triq ixxaqet.
Persuni li kienu ghaddejin minn Triq Sliema, faccata fejn hemm is-salon ta’ Alfie fil-Gzira, qalu lil KRONAKA f’MALTA li semghu hoss qawwi u raw vampa nar li harget minn taht l-art u gholiet madwar sular. Fejn sehhet l-ispluzjoni ssoltu jkun hemm zewg nisa anzjani bilqeghda barra jghidu xi kelma, izda b’xorti tajba din id-darba ma kienux hemm.
Bicciet mit-tarmak mahruq spiccaw fuq l-ghatba ta’ residenza u quddiem garaxx. Lanqas kien hemm karozzi pparkjati li n-nar seta’ jahkimhom.
L-ispluzjoni sehhet x’aktarx wara li l-cables li hemm ghaddejjin minn taht l-art sahnu, probabbli minhabba l-provista qawwija. Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u dawk tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Daniel Zammit flimkien mal-Kuntistabbli Paul Cassar u David Xerri. Bil-kaz gie informat l-Ispettur Saviour Baldacchino tad-Distrett. Bhala prekawzzjoni intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili.
Il-Perit ta’ Transport Malta, Julian Borg, kien fuq il-post biex jassesja l-hsarat. Marru wkoll l-Inginier Graziella Bonnici u Kevin Fenech il-‘Cable Fault Locator’ mill-Korporazzjoni Enemalta. Il-Perit Borg stqarr ma’ dan is-sit li kemm ilu jissejjah fuq kazi ta’ hsarat, qatt ma ltaqa’ ma’ kaz bhal dan fejn litteralment l-art gholiet bl-ispluzjoni. Min-naha tieghu Kevin Fenech qalilna li gieli sehhew kazi simili imma taht hamirija u lanqas hu ma jiftakar fejn it-triq ixxaqqet qisu ghamel terremot zghir.
Aktar tard kellhom l-art kellha tkompli tinqala’ biex tkun accertata l-hsara u jsiru t-tiswijiet necessarji.
Persuni li kienu fi Knisja qalu li f’daqqa wahda d-dawl tbaxxa u rega’ gie izda partijiet kbar minn Tas-Sliema u l-inhawi spiccaw minghajr il-kurrent elettriku.
This entry was posted on Wednesday, July 4th, 2012 at 08:39 and is filed under Accident, Anzjani, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Spluzjoni. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.