Ragel imut fuq il-post u mara ssofri griehi hfief
William Bowell ta’ 59 sena mill-Mosta, tilef hajtu f’accident tat-traffiku it-Tnejn fit-triq ewlenija f’Burmarrad meta l-karozza li kien qieghed isuq baqghet diehla f’karozza li kienet gejja mid-direzzjoni opposta. Fl-istess triq, madwar 20 minuta wara, mara ta’ 42 sena weggghet hafif meta waqghet minn fuq mutur fejn kienet riekba bhala passiggiera.
L-ewwel accident sehh ghall-habta tas-6.00 p.m. fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad, quddiem il-kumpanija Burmarrad Commercials. Skont investigazzjonijiet preliminari, jidher li William Bowell kien qieghed isuq vettura tat-tip Subaru J10 u kien gej mid-direzzjoni tar-rawndebawt magharufa bhala ‘Tal-Erba’ Mwiezeb’ u kien sejjer lejn il-Mosta, meta tilef il-kontroll tal-vettura tieghu. Konsegwenza ta’ dan, il-vettura marret fuq in-naha l-ohra tat-triq, minn fejn kienet gejja karozza, tat-tip Fiat Brava, misjuqa minn Carmen Naudi ta’ 75 sena minn Birkirkara.
Kien hawn li sehh l-impatt bejn iz-zewg karozzi u peress li dawn ma gratilhomx hsara estensiva, mhux qieghed ikun eskluz li Bowell seta’ hassu hazin qabel tilef il-kontroll tal-vettura tieghu.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera izda minkejja t-tentattivi tat-tim mediku Bowell gie ccertifikat mejjet fuq il-post. Min-naha l-ohra Carmen Naudi ma sofriet l-ebda griehi imma kellha xokk kbir fuqha.
Ghal xi hin, it-triq fid-direzzjoni lejn il-Mosta kellha tinghalaq ghat-traffiku mill-Pulizija tal-Mobile u tat-Traffiku u dan ikkawza kongestjoni kbira ta’ traffiku fil-lokalitajiet tal-madwar.
B’din il-fatalità gie informat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Giovanni Grixti li ordna inkjesta u hatar diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri, il-Perit Vincent Ciliberti u t-tekniku Joseph Zammit, flimkien mal-Pulizija tal-fotografija.
Fuq il-post kien hemm diversi Pulizija fosthom l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, is-Supretendent Martin Sammut, l-Ispettur Jessica Grima u s-Surgent Jonathan Vella mill-Ghassa tal-Mosta.
Meta l-Pulizija mill-istess Distrett kienu ghadhom qed jinvestigaw l-accident fatali, gew informati li kien sehh accident iehor madwar kilometru ’l boghod fl-istess triq.
Kien ghall-habta tas-6.20 p.m., meta karozza misjuqa minn zaghzugh ta’ 19-il sena li kien sejjer fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Bahar kien se jdur lejn il-lemin. Fl-istess hin mill-istess direzzjoni kien gej mutur misjuq minn ragel ta’ 47 sena li x’aktarx ma ndunax li l-karozza kienet se ddur b’konsegwenza li sehhet il-habta.
Mad-daqqa l-mara ta’ 42 sena li kienet passiggiera fuq mutur waqghet minn fuqu u tkaxkret ghal diversi metri fl-art. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn jidher li ma kellha xejn gravi.
Rapport ta’ dan l-accident thejja wkoll mis-Surgent Jonathan Vella tad-Distrett. Il-Pulizija tat-Traffiku ssejhu biex jassistu sakemm il-mutur u l-karozza tnehhew min-nofs.
This entry was posted on Tuesday, July 3rd, 2012 at 08:09 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Fatalita', Infermieri, Inkjesta, Kadavru, Korriment, Mewt, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, SOCO, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.