Anzjan irrifjuta li jinghata l-kura medika
Francis Gauci ta’ 72 sena minn H’Attard minkejja li kien involut f’accident gravi tat-traffiku kif twassal l-Isptar Mater Dei irrifjuta li jinghata l-kura medika.
L-accident sehh it-Tnejn ghall-habta ta’ 12.16 p.m. fi Triq il-Valletta jew kif inhi maghrufa bhala t-triq tar-Rabat. X’aktarx li Gauci kien gej min-naha tal-bypass li taghti taht l-Imdina u kif wasal mar-rawndebawt tilef il-kontroll tal-karozza Honda, baqa’ sejjer ghal fuq ‘traffic island’, mar fuq in-naha l-ohra tat-triq u wara li tela’ l-bankina baqa’ diehel f’hajt tas-sejjieh u spicca f’ghalqa taht il-livell tat-triq bil-karozza fuq is-saqaf taghha.
Gauci nghata l-ewwel ghajnuna medika minn Dr Jean Karl Soler li nzerta kien ghaddej mill-inhawi. Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxijin mill-Ufficjali Tony Pisani u James Newell li hargu lill-anzjan mill-karozza. Jistennew kien hemm ambulanza b’infermiera u Dr Jonathan Joslin mill-ERT.
L-anzjan ittiehed l-Isptar Mater Dei izda ftit wara li beda jinghata l-kura medika huwa irrifjuta li jibqa’ l-isptar u wara l-ffirma kif titlob il-procedura, huwa telaq mill-Mater Dei.
Sadanittant Dr Soler talabna biex bhala midja nigbdu l-attenzjoni tal-Awtoritajiet koncernati biex fil-post fejn sehh dan l-accident jitwahhal ‘crash barrier’ ghax din id-darba l-anzjan kien iffortunat li ma sofriex griehi gravi fejn jidher li kienet l-‘air bag’ u s-‘seat belt’ li salvawlu hajtu.
Rapport tal-accident thejja mis-Surgent Kurt Zahra flimkien mal-Kuntistabbli Elaine Cassar u Domenic Busuttil tad-Distrett.
Fuq il-post tal-accident ingabru hafna nies biex jaqtghu il-kurzità b’konsegwenza li nholqot kongestjoni tat-traffiku bil-Pulizija tal-Mobile u tat-Traffiku li kellhom imexxu lil kulhadd qabel sehh accident iehor.
This entry was posted on Tuesday, July 3rd, 2012 at 07:59 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Appell, Emergenza, ERT, Infermieri, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.