Jinstab mejjet fil-vann tas-Servizzi tad-Detenzjoni
Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt ta’ immigrant illegali meta dan ittiehed ghall-kura medika ftit wara li harab ghat-tieni darba fi tliet snin. Il-Pulizija qed tqis dan il-kaz bhala qtil involontarju. Dan kien it-tieni kaz fejn immigrant li harab mill-kustodja tas-Servizzi tad-Detenzjoni li spicca mejjet.
Nhar il-Gimgha waranofsinhar fic-Centru tas-Sahha tal-Floriana dahal immigrant biex jara tabib. Meta kien mistoqsi ghad-dokumenti dan deher jippanikkja u ghalhekk issejhu l-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt li zammew lill-immigrant fejn irrizulta li dan huwa Abdalla Mohammed ta’ 36 sena mill-Mali u li kien ilu mfittex mill-2009 meta dan kien harab mic-Centru ta’ Detenzjoni ta’ Hal Safi.
Ghaldaqstant marru ghalih suldati tal-Forzi Armati kif ukoll membri tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni fejn haduh lura lejn Hal Safi. Ghall-habta tal-10.00 p.m. tal-Gimgha stess, Abdalla rrnexxielu jerga’ jahrab mill-istess centru izda din id-darba huwa nqabad madwar nofs siegha wara fl-inhawi ta’ Hal-Safi stess minn tliet suldati u zewg membri tas-Servizzi tad-Detenzjoni. Meta kien qed ikun mizmum, l-immigrant allegatament beda jirrezisti u qed ikun allegat ukoll li anke gidem wiehed mis-suldati.
Il-verzjoni li nghatat mil-Logotenent Kulunell Brian Gatt, li huwa l-Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni hija li “mar-ritorn tieghu f’Hal Safi huwa kompla jkun agressiv lejn l-immigranti l-ohrajn tant li dawn kienu se jaggreduh. Ghalhekk huwa ttiehed fil-guardroom. Wara huwa ta salt u harab”.
Minn stharrig li ghamel KRONAKA f’MALTA jirrizulta li s-suldati u l-membri tad-SD immanetjaw lill-immigrant u baqghu sejrin ic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid biex is-suldat jinghata l-kura medika ghall-gidma. Kif waslu is-suldati dahlu fic-Centru tas-Sahha u z-zewg membri tas-SD baqghu isfel hdejn il-vann fejn fuq wara tal-vann kien hemm imsakkar Abdalla. Huwa mifhum li s-suldati talbu lit-tabib biex jinzel halli jezamina wkoll lill-immigrant izda t-tabib talabhom biex itellghuh fil-klinika. Kif marru biex jiehduh, Abdalla Mohammed instab mejjet.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Supretendent Sandro Gatt flimkien mal-Ispetturi Kevin Pulis u Spiridione Zammit kif ukoll dawk tal-Mobile. Bil-kaz giet informata l-Magistrat Dr Miriam Hayman li ordnat inkjesta u hatret lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lil Martin Bajada biex jezamina filmati li ttiehdu mill-kameras tas-sigurtà li hemm fi Pjazza Paola f’Rahal Gdid. Il-kadavru tal-immigrant thalla fl-istess vann u ghall-habta tat-3.10 a.m. tas-Sibt ittiehed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei.
Meta s-Sibt filghodu saret l-awtopsja rrizulta li Abdalla kellu feriti f’dahru kompatibbli ma’ daqqiet kif ukoll daqqa kbira fil-genitali tieghu. B’dan l-izvilupp dahlu wkoll fl-investigazzjonijiet l-Ispettur Keith Arnaud, li huwa l-Kap tat-Taqsima tal-Omicidji, u l-Ispettur Tony Cachia mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Il-Pulizija qed izzomm lis-suldati u l-membri tas-SD biex jghinuhom fl-istharrig.
Sorsi li tkellmu maghna qalulna li mhux qed titwarrab it-tezi li meta l-vittma ddahhal fil-vann tas-SD biex jittiehed ghall-kura medika fic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid kien digà mejjet tant li huwa nstab mitluq fil-vann wiccu ’l fuq u mmanetjat.
Nifhmu li l-Pulizija baqghu ghaddejjin bla waqfien matul il-lejl u anke tul il-gurnata tas-Sibt bl-inivestigazzjonijiet. Fil-fatt qed ikun allegat li l-Pulizija anke waslet biex ikollha verzjoni ta’ kif sehhew il-fatti u fejn mistennija jitressqu xi persuni l-Qorti bl-involviment tal-mewt tal-immigrant.
Is-Sibt waranofsinhar qam xi inkwiet fic-Centru tad-Detenzjoni f’Hal Safi meta l-immigranti saru jafu li siehibhom kien miet meta ftit tas-sighat qabel dan kien maghhom u kien ghadu b’sahhtu. Ghalkemm deher li kienet se tqum xi rewwixta, is-sitwazzjoni giet taht kontroll fi ftit hin.
Dan il-kaz huwa simili hafna ghal kaz iehor li sehh fit-23 ta’ April 2011 meta grupp ta’ immigranti harbu mic-Centru ta’ Detenzjoni ta’ Hal Safi. Dakinhar kienu harbu sitt immigranti li sa fejn nafu ahna erba’ minnhom baqghu qatt ma nqabdu. Mit-tnejn l-ohrajn li nqabdu kien hemm Nigerjan li wara li grew warajh dan ikolossa u ntilef minn sensih. Huwa kien ittiehed lejn Lyster Barracks tal-FAM f’Hal Far immanetjat fejn tpogga f’izolament u meta deher li ma kienx gie f’sensih issejhet ambulanza. Kif waslet l-ambulanza b’infermier fuq il-post sabu lin-Nigerjan kien ghadu mitluf minn sensih u b’qalbu wieqfa, tant li mill-ewwel beda jinghata n-nifs artificjali u messaggi fuq qalbu. Minn hemm huwa ttiehed l-Emergenza tal-Isptar Mater Dei bl-infermier ikompli jaghmel minn kollox biex isalvalu hajtu fl-ambulanza. Huwa ddahhal l-isptar izda t-tentattivi ddisprati tat-tobba ma swew ghalxejn u ghall-habta tan-12.30 a.m. huwa gie ccertifikat mejjet.
This entry was posted on Sunday, July 1st, 2012 at 08:00 and is filed under Abbuz, Aggressjoni, Arrestat, Awtopsja, Detention Centres, Esperti, FAM, Fatalita', Harba, Imfittex, Immigranti, Infermieri, Intervista, Kamra mortwarja, Klandestini, Mahrub, Mewt, Omicidju, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Qtil, Rabja, Servizzi tad-Detenzjoni, Sptar Mater Dei, Tfittxija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
xi kultant nitfixkel min hu is-salvagg u min u ic-civilizzat !
tibdiex taqta il-kundanni……..
il-kundanna mhux jien qtajta imma l-imhallef…….
salvagg ?? minn jgdem , minn jidhol bla permess go pajjiz , min jghati ismijiet foz ghal skoppijiet ta mohhu, minn ma jobdiex il forzi tal ordni…… dak huwa salvagg
jekk mhux bizzejed nistiednek tmur tnadfilhom u jitfawllek barmil AWRINA TA LEJL SHIH
nistiednek tmur tara l glied ta bejniethom
nistiednek tmur passigita birzebbuga jew il marsa wara l 11 ta bil lejl etc etc etc
nistiednek tmur sa xi blokka flats buggiba ha tara kif jgibu post mandra etc etc
tista tikteb kilometru ta ….nistiednek hekk u hekk …etc… ax kollu argument bazwi.
HADD m’ghandu dritt joqtol lil HADD, li tiddixplinah iva imma li toqtol..LE.
Jekk forsi tahdem hemm u int imdejjaq, hadd mhu qed jobligak li tibqa tahdem hemm.
Ha n’ghamel punt car hafna… jien bhalek mhux qed t’ghogobni din is-sitwazzjoni li hafna emigranti qed jinvadew lil pajjizna, Viva l-ewropa !!! … imma kontra li tintuza il-vjolenza.
L-ewwel kumment tieghi gie interpretat hazin u assumejt li ha jigri hekk. Meta tkun civilizzat suppost ikollok sens bizzejjed go mohhok biex t’gharaf sa fejn ghandek tieqaf u mhux thalli l-emozzjoni tigri biek. Gibt l-argument li ghax wiehed jigdmeg mela huwa salvagg. Bl-istess argument mela, jekk wiehed joqtol, x’aggettiv ittieh ?